Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Ahbarijiet
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Muzika
Links
eCards Agostinjani
Ktieb tal-Vizitaturi
Kontributuri


Ahbarijiet

Kors ta' l-Istitut Agostinjan 2008 / 2009

Is-serje ta' konferenzi fl-edizzjoni Augustine For All ta' din is-sena akkademika (2008-2009), fl-Istitut Agostinjan, Pieta' ser tigi diskussa t-tema tac-Cittadinanza Nisranija f'San Pawl u f'Santu Wistin. Il-konferenzi ser isiru kull nhar ta' Gimgha, bejn id-19 ta' Settemru u t-12 ta' Dicembru 2008, mis-6pm sas-7.15pm. Wara ftit hin ghall-mistoqsijiet u diskussjoni, ser jigu serviti r-refreshments. Il-maggoranza tal-lezzjonijiet ser ikunu bil-Malti.

Is-serje ta' konferenzi ser jibdew b'celebrazzjoni Ewkaristika nhar il-Gimgha 19 ta' Settembru fis-6.15pm. Id-direttur, Rev. Dr Salvino Caruana OSA STHD jintroduci t-tema tas-serje ta' konferenzi. Wara d-diskorsijiet introduttorji, jigu serviti r-refreshments.

Rev Dr Salvino Caruana OSA STHD, lekcerer tal-Fakulta tat-Teologija fl-Universita' ta' Malta ser jiftah bl-ewwel konferenza nhar il-Gimgha 26 ta' Settembru fis-6pm, fejn ser jiddiskuti xi aspetti konvergenti tal-konverzjonijiet ta' San Pawl ta' Tarsu u Santu Wistin ta' Ippona. Il-kelliema Agostinjana fis-serje ta' konferenzi ta' din is-sena ser ikunu Rev Raymond Francalanza OSA STHL, Rev Pierre Desira OSA BA STHL, Rev Emmanuel Borg Bonello OSA BA STHB STHL u Rev Dr Lucien Borg OSA PhD (Louv.) Prijur Provincjali tal-Provincja Agostinjana Maltija. Kelliem mistieden iehor huwa l-Magistrat Dr Silvio Meli LLD li ser jaghti konferena fuq Wistin ta' Ippona bhala l-Arbitru Episkopali. Il-konferenza tal-Gimgha 7 ta' Novembru fl-Istitut Agostinjan ser tkun it-12-il Konferenza Annwali ta' Santu Wistin 2008 u ser tigi mwassla mill-kelliem principali ta' l-edizzjoni ta' din is-sena, Rev. Professur Robert Dodaro OSA PhD (Oxon.) STHD (Aug.), President ta' l-Universita' Agostinjana f'Ruma. Rev Professor Dr Emanuel Agius STHD (Louv.), Dekan tal-Fakulta tat-Teologija fl-Universita' ta' Malta ser jaghti wkoll konferenza fis-serje Augustine For All 2008-2009. Mr Jean-Paul DeLucca BA MA MA, li jghallem fil-Kullegg San Alwigi, ser jaghti konferenza fuq Wistin ta' Ippona fir-Rinaxximent: minn utopija ghar-realta'. Mr DeLucca bhalissa qieghed jipprepara ghall-PhD bit-tezi fuq sacerdot u filosofu Taljan Dumnikan Tommaso Campanella (1568-1639). Konferenza ohra ser tigi mwassla minn Rev Dr René Camilleri STHD (Greg.), lekcerer fil-Fakulta tat-Teologija fl-Universita' ta' Malta. L-ahhar konferenza ta' din is-serje ser tkun nhar il-Gimgha 12 ta' Dicembru 2008, li ser tkun imwassla minn membru ta' staff iehor fil-Fakulta tat-Teologija fl-Universita' ta' Malta. It-titli u d-dettalji kollha tal-konferenzi ta' din is-serje ser jithabbru aktar 'l quddiem.

Nhar il-Gimgha 12 ta' Dicembru 2008, fis-6pm, l-Eccellenza Tieghu Mgr. Professur Tommaso Caputo, Nunzju Apostoliku ta' Malta, ser jippresiedi u jiccelebra l-quddiesa fil-Knisja Agostinjana ta' San Nikola minn Tolentino, Hal Tarxien. Wara jinghataw ic-certifikati ta' l-attendenza lil kull partecipant fl-ahhar tac-celebrazzjoni, mir-Rettur il-Professur Juanito Camilleri PhD flimkien man-Nunzju . Ir-refreshments ser jigu serviti fis-sala ta' l-Oratorju Agostinjan fi Triq Lampuka.

Dawk li huma interessati li jippartecipaw f'din is-serje ta' konferenzi ta' din is-sena ghandhom japplikaw mhux aktar tard mill-Hamis 18 ta' Settembru 2008, billi jibghatu l-formula ta' partecipazzjoni, flimkien ma' cekk ta' €15, indirizzat lil Patri Salvino Caruana.

Ghal aktar informazzjoni, tista' tikkuntatja lill-Istitut Agostinjan billi tuza wiehed minn dawn il-mezzi li gejjin:
Indirizz: L-Istitut Agostinjan. Centru ghall-Istudji u Ricerka Agostinjana, PO BOX 61 MSIDA PO MSIDA MSD 1000 – MALTA.
Telefon:2122 3427 (Dirett + Fax – Istitut Agostinjan f'Pieta' kull nhar ta' Gimgha biss), jew fuq 2124 9407 (Ufficcju + Fax – Kunvent Santu Wistin Valletta), jew fuq 2124 5934 (Kunvent Santu Wistin Valletta), jew fuq 2124 3557 ext.143/150 (Kunvent Santu Wistin Valletta)
Mobile: 9940 2102
Email: scaruana@global.net.mt jew fuq salvino.caruana@um.edu.mt jew fuq salvinocaruana@onvol.net
Website: www.instagostmalta.com
Secretary: Ikkuntatja lil Ms Antoinette BORG fuq 2131 3644 jew fuq 9945 0099 (mobile) jew ibghat email lil toineborg@onvol.net

 

 


Tfittxija
 

il-kliem kollha
kwalunkwe kliem
il-frazi ezatta

Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible