|
Ahbarijiet
Tinfetah l-Assembleja Provincjali
Bejn l-4 u s-6 ta' Gunju 2008, l-ahwa Agostinjani tal-Provincja Maltija ngabru sabiex flimkien jiddiskutu kif il-hajja monastika tista' tqarreb aktar lejn l-idejal li halla l-missier spiritwali taghna, Santu Wistin u kif tista' tkun aktar ta' xhieda profetika ghad-dinja tal-llum. Din l-Assembleja Provincjali, li qieghda migbura f'Mount St. Joseph (f'Targa Gap), nghatat bidu fil-kappella permezz tat-talb fejn kien hemm sejha lill-Ispirtu s-Santu sabiex ikompli jidderiegi lill-Provincja Agostinjana fit-triq it-tajba. Barra r-rapport imhejji mill-Provincjal, Patri Lucjan Borg OSA, fl-ewwel gurnata ta' dan il-Kapitlu Intermedju, gie mistieden Dun Ang Seychell sabiex jaghti riflessjoni tieghu fuq it-tema Kif nistghu nghixu t-tama quddiem l-isfidi tal-Knisja u tas-socjeta tal-llum?
Il-poplu Malti u Ghawdxi huwa mheggeg jitlob sabiex din l-Assembleja Provincjali tkun ta' success u sabiex il-Provincja Agostinjana Maltija tkompli tkun ta' dawl fid-dinja tal-llum.

|