Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Ahbarijiet
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Muzika
Links
eCards Agostinjani
Ktieb tal-Vizitaturi
Kontributuri


Ahbarijiet

Sapientiae Pulchritudo

Il-Komunita Agostinjana tal-Kunvent San Mark fir-Rabat, bil-ghajnuna ta’ Ms. Jessica Borg BA(Hons) History of Art, ser itellghu esebizzjoni kollettiva ta’ arti b’ispirazzjoni spiritwali, bl-isem: SAPIENTIAE PULCHRITUDO art & spirituality in the cloister. It-tema hija ispirata mill-kliem ta’ S. Wistin: “Is-sbuhija ta’ l-gherf u tal-verita... ma tittawwalx fiz-zmien, ma timxix fl-ispazju, ma tintemx mal-lejl, ma’ tixxekkilx mid-dell, ma tinhebiex lis-sensi. Hi qrib hafna lejn dawk kollha li fid-dinja jduru lejha ghax ihobbuha... Is-sbuhija m’hijiex fl-ispazju u ma tonqosx li tkun f’kull spazju; tintebah biha minn barra, imma tghallem minn gewwa; tibdel ghall-ahjar lil dawk kollha li jindunaw biha, imma minn hadd ma titbiddel ghall-aghar; hadd ma jista’ jiggudikaha, u fl-istess hin hadd ma jista’ jiggudika tajjeb minghajrha...” (De libero arbitrio, Liber II, 14,38). Ghaldaqstant, l-istruttura arkitettonika u monastika tal-kjostru maestuz tal-kunvent tar-Rabat (seklu XVIII) toffri l-ambjent adatt sabiex diversi artisti jesponu din it-tfittxija taghhom ghas-sbuhija, permezz ta’ l-arti li tolqot, u xi min daqqiet tiprovoka, lill-ispirtu tal-bniedem.

F’din l-ezebizzjoni ser jiehdu sehem numru ta’ artisti stabiliti: FABIO BORG, ANTON AGIUS, JESSICA DEBATTISTA, ANTHONY SPAGNOL, LINO BORG, JOHN MARTIN BORG, GORG FENECH, NOEL ATTARD, GILBERT FENECH, PIERRE BUGEJA, MARK SAGONA, PATRICK DALLI, JOE SCERRI. Dawn l-artisti ser juru xoghlijiet li jesprimu t-taqbida spiritwali tal-bniedem fit-tfittxija tieghu ghas-sbuhija tal-gherf. Din l-attivita ser tkun marbuta mal-Lejl Pawlin li l-Arcidjocesi qed torganizza ma’ diversi istituzzjonijiet fir-Rabat u l-Imdina. Il-hinijiet tal-ftuh ser ikunu: mill-Erbgha 25 sal-Hadd 29 ta’ Gunju mid-9am-12pm u mill-4pm sa 8pm. Is-Sibt 28 ta’ Gunju, fl-okkazjoni tal-Lejl Pawlin il-wirja tibqa’ miftuha sa’ nofs il-lejl. Id-dhul huwa minghajr hlas.

DOWNLOAD
1.6MB

 

 


Tfittxija
 

il-kliem kollha
kwalunkwe kliem
il-frazi ezatta

Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible