|
Ahbarijiet
Manutenzjoni fil-website
Fit-13 ta' Novembru 2008, il-Provincja Agostinjana Maltija ser tkun qieghda ticcelebra l-hames anniversarju minn mindu l-website taghha www.augmalta.org giet miftuha ufficcjalment, gewwa l-kunvent tas-Sorijiet Kontemplattivi fil-Belt Valletta. Ghaldaqstant, matul dawn l-ahhar xahar u nofs, minn Mejju, il-Provincja Agostinjana Maltija hasbet sabiex terga' taggorna dan is-servizz online. Fost aggornamenti ohra, barra numru sostanzjali ta' artikli godda, il-Provincja Agostinjana hasbet ukoll sabiex tiddesinja ghal darb'ohra l-pagna tal-vokazzjonijiet sabiex tkompli twassal il-lehen taghha maz-zghazagh. Hu mahsub li dawn l-aggornamenti tal-website ser jittellghu f'Awwissu 2008. Ghaldaqstant, il-Provincja Agostinjana theggeg 'l dawk kollha li jixtiequ jibghatu l-kummenti u s-suggerimenti taghhom, billi jaghfsu HAWNHEKK.

|