Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Ahbarijiet
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Ahbarijiet

Konkors Nazzjonali

Il-Provincja Agostinjana f’Malta qieghda tniedi konkors nazzjonali ghall-persuni li qeghdin juru solidarjeta’ f’forma jew ohra ma’ xi persuna/i fil-bzonn.

Il-premju qieghed jissemma ghal San Nikola minn Tolentino, qaddis Agostinjan li hu meqjus bhala mudell ta’ solidarjeta’. L-istorici li kitbru dwaru jghidulna li barra l-hin twil li kien iqatta’ jitlob, kien ta’ hena ghall-imdejqin, farag ghall-imnikktin, paci ghall-miggildin, mistrieh ghall-ghajjenin, ghajnuna ghall-foqra u helsien ghall-ilsiera.

Regolamenti
Il-konkors huwa miftuh ghal persuni ta’ bejn il-15 u l-45 sena li b’xi mod qieghed iwettqu hidma ta’ solidarjeta’ ma’ xi hadd li hu fil-bzonn. Persuni privati, kappillani, sindki jew kunsilliera lokali, kapijiet ta’ skejjel, kapijiet ta’ ghaqdiet religjuzi, sportivi, kulturali u socjali jistghu jinnominaw lil min fil-fehma taghhom jimmerita dan il-premju.

Il-kumitat ta’ l-ghazla ikollu d-dritt li jaghmel “short list” tan-nominazzjonijiet jekk tinhass il-htiega. Dawk li jkunu fuq din ix-“short list” (jekk din issir) jigu mghajta ghal intervista mill-kumitat ta’ l-ghazla jew gurija. Ir-rebbieh tal-konkors, li jithabbar waqt ceremonja fis-sala San Nikola, Hal Tarxien, fl-1 ta’ Novembru 2008 fis-7.30pm, jinghata 500 euro u trofew ghala premju.

Biex wiehed jinnomina lil xi hadd ghal premju ghandu jimla l-applikazzjoni mahruga mill-kumitat organizzattiv u jibghata sa l-ahhar ta’ Settembru. Ghal aktar informazzjoni, ikkuntatja lil Patri Franco Grech OSA fuq 21828017.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible