|
Ahbarijiet
Il-ftuh tas-Sena Skolastika tal-Kullegg u ta’ l-Istitut Agostinjan
Fid-19 ta’ Settembru, il-Provincja Agostinjana kellha zewg attivitajiet li joltqu l-impenn taghha fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-kultura. Fis-6pm sar il-ftuh tal-kors ghall-poplu fuq Santu Wistin, fejn kien prezenti l-President ta’ Malta, Dr. E. Fenech Adami u s-Sinjura tieghu. Mons. Charles Cordina ppresieda l-Ewkaristija. Din is-sena, bhas-snin imghoddija, kien hemm numru sabih ta’ dawk li nkitbu biex isegwu l-kors li ser jghaqqad is-sena Pawlina ma’ l-izvilupp tat-temi tal-kors.
Ftit hin wara, fis-7.15pm, fil-Knisja ta’ San Bastjan Hal Qormi, saret il-koncelebrazzjoni tal-ftuh tas-sena skolastika tal-Kullegg Santu Wistin. Fl-ahhar tal-quddiesa, ir-rettur, Patri Alan Scerri OSA heggeg lil dawk li kienu prezenti, inkluzi tfal, genituri, ghalliema u membri ta’ l-istaff, sabiex inkomplu naghmlu mill-Kullegg Santu Wistin benniena eccellenti ta’ formazzjoni civili u religjuza.

|