|
Ahbarijiet
It-12-il Lekcer Annwali fuq Santu Wistin
Nhar il-Hamis 6 ta’ Novembru 2008, Rev. Professor Dr Robert Dodaro OSA PhD (Oxon.) STHD (Aug.) President ta’ l-Universita’ Agostinjana f’Ruma ta t-12-il Lekcer Annwali bis-suggett Wistin ta’ Ippona u l-Politika. Din l-avveniment, li sar fl-Universita’ ta’ Malta fis-7pm, gie ppresidut mill-Eccellenza Tieghu l-President tar-Reppublika ta’ Malta Dr Edward Fenech Adami KUOM BA LLD.
Zewg lekcers pubblici ohra nghataw nhar il-Gimgha 7 ta’ Novembru 2008 – wahda minnhom saret fl-Universita’ ta’ Malta fl-11am, filwaqt li l-ohra giet imwassla lill-participanti tas-serje ta’ lekcers Augustine For All (Wistin ghal kulhadd), fl-Istitut Agostinjan tal-Pieta’.
Il-Lekcer Annwali gie imwaqqaf fl-1997 minn Revd Dr Salvino Caruana OSA STHD lekcerer fil-Fakulta’ tat-Teologija, fl-Universita’ ta’ Malta u Direttur ta’ l-Istitut Agostinjan, Pieta’. Il-lekcer fuq Santu Wistin ta’ Ippona hija avveniment annwali, li ssir b’kollaborazzjoni mal-Fakulta’ tat-Teologija fl-Universita’ ta’ Malta, il-Fondazzjoni ta’ l-Arcidjocesi li tippromwovi l-Istudji Teologici u l-Provincja Agostinjana Maltija. Gie imwaqqaf sabiex jippromwovi - gharfien u diskussjoni fuq xi aspetti tal-hajja, hsieb u x-xogholijiet ta’ Santu Wistin, isqof ta’ Ippona (Annaba, Algerija) 354 - 430CE.
Ghal aktar informazzjoni dwar dak li joffri l-Istitut Agostinjan, jekk joghgbok aghfas HAWNHEKK.

|