|
Ahbarijiet
Il-Hames Anniversarju
Fit-13 ta’ Novembru, l-Agostinjani Maltin ser ikunu qeghdin jikkommemoraw il-hames anniversarju tal-website provincjali taghhom www.augmalta.org. Minn mindu giet imwaqqfa, il-provincja kkommettiet lilha nfisha biex tipprovdi lill-vizitaturi tal-website b’informazzjoni rigward il-karizma, l-ispiritwalita’ u l-wirt kulturali, storiku, u artistiku ta’ l-Ordni Agostinjan u tal-Provincja Agostinjana f’Malta, ghaliex temmen li ghandha don specjali li tista’ taqsmu mad-dinja, ghandha manjiera partikolari ta’ kif thabbar l-Bxara it-Tajba: fil-komunita’, bhala komunita’, ghall-bini tal-komunita’.
Fil-fatt, matul dawn l-ahhar hames snin, it-tim wara dan is-servizz online, flimkien ma’ l-ghajnuna ta’ hafna kontributuri, kienu hafna attivi sabiex izommu u jibqghu jaggornaw il-website, waqt li fl-istess hin joffru lill-pubbliku ghazla wiesgha ta’ temi. Din is-sena, il-Provincja ghal darb’ohra estendiet il-website taghha u issa qieghda toffri esperjenza online aktar interattiva. Pagni godda gew dedikati mhux biss ghall-missjoni u l-istorja ta’ l-Ordni Agostinjan, izda wkoll ghal dak li jappartjeni l-Provincja Maltija, jigifieri kif l-Agostinjani gew stabbiliti f’Malta, ix-xoghol pastorali taghhom fis-socjeta’ tal-llum, il-hidma missjunarja fil-Brazil u l-Algerija, ir-rwol tas-segretarjat tal-missjonijiet u l-kontribuzzjoni ta’ l-Agostinjani fil-Gnus Maqghuda. Artikli ohra jaghtu informazzjoni dwar l-arkitettura u l-arti fil-komunitajiet Agostinjani, ikonografija Agostinjana f’Malta u barra minn xtutna, kif ukoll dwar attivitajiet li jigu organizzati fil-Kappella tal-Millennju, WOW (Wishing Others Well) u l-LIFT (Living in Friendship Together).
Barra minn hekk, l-Provincja Agostinjana Maltija qieghda wkoll tintroduci tlett affarijiet importanti fil-website taghha. L-ewwelnett, wiehed jista’ jibghat kartolini digitali (e-cards) b’xejn, b’temi Agostinjani, lil haddiehor. It-tieninett, wiehed jista’ jaghmel ukoll uzu minn numru sostanzjali ta’ esejs u powerpoints, li jitrattaw dwar Santu Wistin u l-kitbiet tieghu. Dawn ir-rizorsi online jitnizzlu billi wiehed jaghfas fuq il-pagna tad-downloads mill-Menu Principali. L-ahhar izda mhux l-inqas, il-pagna vokazzjonali regghet giet mahduma mill-gdid u ddisinjata sabiex tippromwovi l-istil ta’ hajja Agostinjana u sabiex taqsam maz-zghazagh l-istorja vokazzjonali ta’ dawk l-Agostinjani li offrew hajjtihom lil Alla.
Minn Awwissu 2005, kwazi 30,000 vizitatur zar il-website Agostinjana. Statistici juru li ghal din l-ahhar sena (Awwissu 2007 sa Awwissu 2008), in-numru ta’ vizitaturi tela’ ghal 13,296, komparat ma’ 5,843 (bejn Awwissu 2005 u Awwissu 2006) u l-provincja ghadha qieghda tikkometti ruhha sabiex izzid il-popolarita’ tas-sit fis-snin li gejjin. Ghaldaqstant, il-Provincja Agostinjana Maltija qieghda tinkuraggik sabiex tidhol f’www.augmalta.org u taghmel uzu mis-servizzi online taghha. Websites importanti ohra li huma assocjati ma’ l-istess provincja huma dik tal-Parrocca ta’ Santu Wistin, Valletta (www.santuwistin.org), tal-Kullegg Santu Wistin (www.sac-malta.org), l-Istitut Agostinjan (www.instagostmalta.com), l-Kappella tal-Millennju u l-WOW (www.millenniumchapel.org), Living in Friendship Together (www.mclift.org) u dik tal-Parrocca ta’ Santa Rita fil-Brazil (www.paroquiasantarita-pnm.com.br).

|