|
Ahbarijiet
Bazaar organizzat mill-Parrocca Santu Wistin
Bhas-snin l-imghoddija, il-Parrocca Santu Wistin qieghda torganniza Bazaar, bil-hsieb li jitkomplew l-progetti li bdew fl-istess parrocca tal-Belt, filwaqt li tinghata ghajnuna wkoll lill-missjoni Agostinjani fil-Brazil. L-ideja wara dan il-bazaar kienet li tigi msebbha ahjar din id-dar ta' Alla u biex f'dawn il-granet niftakru wkoll f'hutna l-Maltin li jahdmu fil-missjoni fil-Brazil ma' tfal foqra u familji foqra. Ghaldaqstant, il-komunita' Agostinjana tal-Belt qieghda tinkuraggixxi lin-nies sabiex jikkontribwixxu finanzjarjament jew billi zzur ic-Centru Parrokkjali Santu Wistin, fi Triq San Gwann, Valletta. Il-Bazaar ser jsir mill-11 sal-15 ta' Novembru 2008. Matul il-gimgha, il-hinijiet tal-ftuh ser ikunu bejn it-8.30am u n-12.30pm u mill-4.30pm sas-7.15pm, filwaqt li s-Sibt ikun miftuh mit-8.30 am san-12.30pm.

|