|
Ahbarijiet
Tinfetah mill-gdid il-Knisja dedikata lill-Madonna tal-Parir it-Tajjeb
Il-Knisja Agostinjana tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb gewwa Paceville rat twelid mill-ġdid wara xhur ta’ hidma estensiva, kemm minn gewwa u barra ta’ l-istess knisja. Waqt li l-istruttura baqgħet l-istess, madanakollu, inghatat ambjent gdid sabiex tghin lin-nies jingabru aktar f’dan il-maqdes u biex taqdi ahjar il-htigijiet ta’ din iz-zona pastorali. Id-disinjatur Amadeo Galea, taht is-supervizjoni ta’ Fr. Ray Francalanza, Pirjol ta’ l-istess komunita’, ha hsieb li jmexxi x-xoghol, billi ghaqqad l-istil modern ma’ dak tradizzjonali.
Kif wiehed jista’ jinnota, saret enfasi specjali fuq is-sbuhija estetika permezz tal-kuluri vivaci – simbolu ta’ tama u tal-patt ta’ Alla mal-bnedmin, ic-centralita’ ta’ Gesu msallab, kif ukoll fuq l-artal ovali, li hu uniku fix-xorta tieghu f’Malta. Fil-proġett, kien involut ukoll l-artist Daniel Scerri, li ha hsieb ipitter il-pittura tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb u l-Via Sagra.
Wara dan ir-rinovament kollu, il-progett kien inawgurat il-Gimgha 14 ta’ Novembru 2008 permezz ta' velja ta' talb, immexxija mill-Wisq Rev. Provincjal Patri Lucjan Borg OSA. L-ghada is-Sibt sar it-tberik tal-knisja u quddiesa ghaz-zghazagh fid-9.30pm, filwaqt li l-Hadd 16 ta’ Novembru, Mons. Arcisqof Pawlu Cremona OP ikkonsagra l-artal fil-quddiesa tad-9am.

|