|
Ahbarijiet
Attivitajiet marbutin mat-13 ta' Novembru
It-13 ta' Novembru huwa jum specjali ghall-Agostinjani madwar id-dinja. L-ewwelnett, huwa l-jum li fih twieled Santu Wistin fl-354AD u fuq kollox, hu l-jum dedikat ghall-promozzjoni tal-vokazzjonijiet Agostinjani. Il-Provincja Maltija wkoll ikkomemorat it-twaqqif tal-website taghha fl-2003 billi aggornat u ziedet diversi pagni u artikli li kellha. Barra minn hekk, il-Provincja hadet hsieb biex matul dan ix-xahar, tippromwovi aktar lilha nfisha u r-rwol taghha fi hdan is-socjeta Maltija u stqarret ghal darb’ohra li llum Alla ghadu jsejjah zghazagh sabiex jimxu fuq il-passi ta’ Santu Wistin.
Nhar it-13 ta' Novembru 2008, bhas-snin l-imghoddija l-Provincja Agostinjana Maltija, flimkien mas-sorijiet attivi u sorijiet kontemplattivi, filghaxija iltaqghu gewwa l-Monasterju ta' Santa Katerina, l-Belt Valletta ghal mumenti ta’ talb u sabiex jiccelebraw dan il-jum specjali kif jixraq.

|