|
Ahbarijiet
Istitwit l-ministeru ta’ l-akkolitat
Fra Deo Debono OSA, l-istudent l-aktar avvanzat fil-formazzjoni, nhar is-Sibt 6 ta’ Dicembru 2008 gie istitwit l-ministeru ta’ l-akkolitat. Ic-celebrazzjoni li saret waqt il-quddiesa tas-6pm fil-Knisja ta’ San Mark, Rabat, giet immexxija mir-Rev. Provincjal Patri Lucjan Borg OSA, li wara l-omelija, pprezenta l-pissidi bil-hobz fih f’idejn Fra Deo u talab sabiex Deo jkompli jkun ta’ servizz fuq l-artal ta’ Kristu u tal-Knisja.
Fra Deo ghadu kif spicca l-hames snin kors tat-teologija u filosofija fl-Universita’ ta’ Malta u ggradwa fit-2 ta’ Dicembru 2008. Ghaldaqstant, il-Provincja Agostinjana Maltija ghazlitu sabiex ikompli l-istudji tieghu fl-MA Teologija Pastorali, filwaqt li jkompli jghin f’diversi istituzzjonijiet ta’ l-istess Provincja bhalma huma l-Kullegg Santu Wistin u l-laqghat tal-vokazzjonijiet.

|