|
Ahbarijiet
Illancjati mill-gdid siti Agostinjani
Matul dawn l-ahhar xhur, zewg siti Agostinjani amministrati mill-Maltin regghu gew iddisinjati sabiex gew inkorporati elementi godda u sabiex tkun aktar facli ghall-vizitatur biex juzaha. Fil-fatt, kemm is-sit tal-Provincja Agostinjana www.augmalta.org, kif ukoll is-sit tal-Parrocca Agostinjana ddedikata lil Santa Rita f'São Paulo (Brazil) www.paroquiasantarita-pnm.com.br gew illancjati fi Frar li ghadda. Din is-sit ta' l-ahhar saret bl-ghajnuna ta' Patri Adeodato Schembri OSA, flimkien ma' xi voluntiera tal-parrocca, li attwalment qeghdin jahdmu f'din l-istess parrocca.
Fl-istess hin, il-Parrocca Agostinjana fil-Belt Valletta illancjat it-tieni sit taghha, www.staugustinechurchtour.com ghal dawk li huma interessati li jzuru l-knisja b'mod virtwali. Il-progett, li parzjalment gie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, kien koordinat minn Patri Saviour Grima OSA. Fl-ahharnett, giet imneghdija sit ohra, www.amcsaa-rabat.webs.com li toffri informazzjoni dwar dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' l-Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u Sant' Anton Abbati.
Il-Provincja Agostinjana tistiednek sabiex zzur dawn it-tlett siti u taqsam dawn il-links mal-hbieb u l-qraba tieghek.

|