|
Ahbarijiet
Professjoni Solenni ta' Fra Deo Debono OSA
Fra Deo Debono OSA beda l-formazzjoni tieghu fi hdan l-Ordni Agostinjan nhar il-Hadd 17 t'April 2000, wara sena intensa ta' esperjenzi fil-komunita Agostinjana tar-Rabat, Malta. Dak inhar, P.Franco Grech OSA, illum pirjol tal-Komunita Agostinjana ta' Hal Tarxien, kien surmast ta' Fra Deo. Fis-sena 2001, wara li sar il-kapitlu Ordinarju tal-Provincja Agostinjana Maltija, P.Lucjan Borg OSA, li kien inhatar provincjal, qabbad lil P.Josef Sciberras OSA bhala is-surmast il-gdid. F'Awwissu 2005, Fra Deo intbaghat f' Racine, fl-Istati Uniti ghas-sena tan-novizzjat tieghu. Sena wara fis-27 t'Awwissu 2006, Fra Deo kien ikkonsagra ruhu ghal sena permezz tal-professjoni semplici fi hdan l-ordni agostinjan. Ta' kull sena, ghal 3 snin, Fra Deo kellu jgedded din il-konsagrazzjoni. L-ewwel darba kienet saret waqt il-jiem tat-Tridu tal-festa tal-Madonna tac-Cintura fis-27 t'Awwissu 2007. F'Awwissu 2008 fil-knisja ta' San Manuel u San Benito f'Madrid, Fra Deo kien rega gedded il-konsagrazzjoni filwaqt li f'Awwissu 2009 Fra Deo gedded il-konsagrazzjoni tieghu sal-jum tal-Professjoni Solenni.
Nhar il-Hadd 11 t'Ottubru, Fra Deo ser jikkonsagra ruhu lil Alla ghal hajtu u ser iwieghed li ser jghix il-voti tal-faqar, kastita u ubbidjenza fi hdan l-Ordni Agostinjan. Din ic-celebrazzjoni ser issir waqt koncelebrazzjoni solenni fil-Knisja ta' San Mark, ir-Rabat fis-6.30pm.

|