Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Arkitettura u Arti
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Arkitettura u Arti

Arkitettura u Arti fil-Knisja ta' San Mark, Rabat

Statwi fil-Knisja ta' San Mark, Rabat

Qalb hafna skultura li ghandhom il-Patrijiet Agostinjani fir-Rabat, insibu r-rigal ta’ l-iskultur Malti Melchiorre Gafa’ li kien ta’ fama mondjali fis-seklu 17 (1635 – 1667). Fil-kunvent tar-Rabat insibu statwa ta’ San Nikola minn Tolentino, maghmula bl-injam, mliebes it-tunika tad-drapp u mhux tal-kartapesta. Fl-1914, il-patrijiet tar-Rabat, f’kapitlu konventwali iddecidew li jbiddlu din it-tonika f’wahda tal-kartapesta u li jirrestawraw l-istawa. Dan ix-xoghol gie mhalli f’idejn l-istatwarju Malti Agostino Camilleri. L-unici partijiet li baqghu ma ntmessewx kienu r-ras u idejh.

Is-Santa Sede kienu hargu digriet li kienet tipprojbixxi li taghmel statwa tal-Madonna minghajr il-Bambin f’idejha, bl-eccezzjoni ta’ l-Immakulta u ta’ Marija Bambina (It-twelid tal-Madonna). Ghaldaqstant, il-patrijiet hasbu li minhabba li l-istatwa antika li kienet tezisti tal-Madonna tac-Cintura, ma kelliex Bambin, iddecidew li jaghmlu wahda gdida biex ikunu konformi mad-digriet Pontificju. Il-kapitlu konventwali qabdet lil Giuseppe Cilia, Malti li kien istatwarju famuz, biex jaghmel l-istatwa l-gdida tal-Madonna tal-Konsolazzjoni. Din saret bil-kartapesta fl-1895. Fl-1953, din l-istatwa ta’ Giuseppe Cilia, giet irrestawrata minn Gerolamo Dingli u wara sgraffita u ndurata minn Giuseppe Farrugia. Wara li giet mbierka fil-knisja tal-patrijiet Karmelitani fl-Imdina, giet transportata permezz ta’ pellegrinagg fil-knisja ta’ San Mark.

Kien hemm hafna li talbu, minhabba d-devozzjoni kbira li kellhom, biex issir statwa ta’ Santa Rita. Din l-istatwa giet maghmula mill-istess Giuseppe Cilia, tal-kartapesta fl-1913.

Fl-apside tal-kor tal-knisja ta’ San Mark, taht it-titular tal-knisja, tiddomina l-istatwa bajda ta’ l-irham ta’ Santu Wistin. L-istatwa tirraprezenta lil Santu Wistin “in pontificalibus”, bil-pinna f’idu l-leminija u ktieb f’idu x-xellugija. Taht saqajh ix-xellugija qieghed jirfes l-eresija, ppersonifikata bi bniedem djaboliku. Din l-istatwa giet mahduma f’Palermo mill-iskultur Paolo Valenti, mahduma fuq l-abbozz li ghamel l-artista Malti Giovanni Galdes. L-istatwa ta’ Santu Wistin waslet Malta fl-ahhar tax-xahar ta’ Gunju u fil-bidu tax-xahar ta’ Lulju ta’ 1894. Din l-apside giet mahduma apposta fuq din l-istatwa l-gdida. Qabel, kien hemm zewg kwadri, wiehed hdejn l-iehor – wiehed li jirraprezenta lil San Mark Evangelista u l-iehor Santu Wistin. Dan ta’ l-ahhar gie transferit meta saret il-faccata ta’ dan il-kor, iddisenjat mill-artista Giovanni Galdes u mahdum fil-fabbrika ta’ Lorenzo Sapiano.

Pitturi fil-Knisja ta' San Mark, Rabat

Wiehed mix-xogholijiet artistici importanti fil-knisja ta’ San Mark, fir-Rabat (Malta) huwa l-kwadru ta’ Santu Wistin, impitter minn Mattia Preti fis-sena 1689. Dan il-kwadru fl-antik kien meqjus bhala t-titular tal-knisja izda illum jinsab fis-sagristija ta’ l-istess knisja. F’din il-pittura, Preti jipprezenta lil Santu Wistin mliebes l-ilbies religjuz, bil-qieghda bil-pinna f’idejh, b’harstu lejn is-sema, qisu qieghed f’estasi. Fuq il-mejda hemm il-klamar filwaqt li fuq Santu Wistin hemm anglu zghir fl-arja, jzommlu l-mitra li turi li hu isqof. Taht saqajh insibu l-eresija, ppersonifikata bi bniedem iddisprat. Certament, wicc Santu Wistin huwa komuni bhal hafna ohra, mpittrin minn Mattia, li kollha juri l-iskjav Nisrani tieghu. Hu pitter ukoll San Gwann ta’ Sahagun, sacerdot Agostinjan. Dan il-pal ta’ altar li jinsab fil-kappella tieghu stess, juri dan il-qaddis bejn Santa Barbara vergni u San Gugliermu eremita.

Artista iehor li kkontribwixxa fl-istess knisja kien il-Malti Stefano Erardi fis-sena 1720. Erardi pitter pal ta’ altar fejn ipprezenta lill-Madonna tal-Konsolazzjoni jew tas-Sokkors bic-cintura, zzomm lil Gesu’, flimkien ma’ Santu Wistin u Santa Monika. Il-hars tal-Madonna f’dan il-kwadru joffru serenita’ u hlewwa. Santu Wistin hu mliebes b’pivjal filwaqt li Santa Monika hi liebsa bhala monaka, bil-mod kif kienu jilbsu dak iz-zmien. Taht dan il-kwadru tal-Madonna tal-Konsolazzjoni, hemm il-kwadru tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, mpitter minn Arrigo Reno fis-seklu 18. Wiehed jista’ jsib ukoll il-kwadru ta’ San Nikola minn Tolentino fejn l-istess qaddis hu prezentat b’ilbies religjuz u qieghed jircievi l-Hobz Mirakuluz tas-Santissima Vergni Marija. Dan il-kwadru gie mpitter fl-1715 izda ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ min hu l-pittur.

Fil-monasterju Agostinjan tar-Rabat insibu wkoll il-kwadru ta’ San Tumas minn Villanova, mpitter fl-1720. Gie intenzjonat li jitpogga fil-kappella ta’ Sant’Anton Abbati. Propju f’din il-kappella, gie mwaqqaf il-arcikonfraternita’ ta’ Sant’Anton Abbati. Il-komunita’ kienet gholliet il-kwadru ta’ Sant’Anton Abbati minghajr il-kunsens ta’ l-arcikonfraternita’ u poggiet il-kwadru ta’ San Tumas. Madankollu, l-istess arcikonfraternita’ kienet oggezzjonat u ghalhekk kellu jerga’ jitpogga l-kwadru ta’ Sant’Anton. Illum, il-pittura ta’ San Tumas minn Villanova qieghda fil-kuritur tal-kunvent. Tista’ tghid li dan il-kwadru qisu gie mpitter “monocolor”. Il-qaddis gie mlibbes “in pontificalibus”, mdawwar mill-ministri l-ohra, qieghed jaghmel atti ta’ karita’ mal-foqra. Tajjeb li wiehed jghid ukoll li l-awtur ta’ dan il-kwadru ma huwiex maghruf. Pal ta’ l-altar iehor (pittura fuq l-altar), li nsibuh fil-kunvent huwa l-kwadru ta’ San Nikola minn Tolentino. Anke f’din ir-rapprezentazzjoni, dan il-qaddis qieghed gharkupptejh quddiem il-Vergni, jircievi l-Hobz Mirakuluz. Dan il-kwadru gie mpingi minn Tito Troya fl-1899, li minhabba n-numru ta’ tpinngija b’suggetti Agostinjani, kien ta’ spiss jissejjah il-pittur Agostinjan. Fil-kunvent ta’ Santu Wistin, insibu pal ta’ l-altar iehor li juri San Nikola flimkien ma’ kavallier zghir taht lill-Assunta. Hija probabli li dan il-kwadru gie mpitter qabel dak ta’ 1715. L-awtur mhuwiex maghruf. L-ahhar pittura fuq San Nikola hija ikona zghira li tinsab fil-kunvent. Din il-pittura tipprezenta lill-qaddis liebes ta’ religjuz, magenb il-Vergni izda hawnhekk il-figura ta’ San Nikola huwa ta’ guvni.

Ta’ min jghid ukoll li fil-kunvent tar-Rabat insibu trittiku, jigifieri pittura fuq l-injam, mahduma fuq stil Normann tas-seklu 15. Wiehed kien isib din l-opra fil-knisja stess u huwa mahsub li kienet it-titular tal-knisja tas-Saqqajja, qabel l-1551. Probabli, dan it-trittiku kien polittiku ghaliex ghandna wkoll r-raba’ kwadru. Dan it-trittiku juri lill-Madonna fuq it-tron, liebsa imbrukkat bil-Bambin fuq hogorha, l-appostlu San Pawl u Santu Wistin “in pontificalibus”. L-isfond ta’ dan it-trittiku huwa ndurat bid-deheb. Hija mahduma fuq l-injam. Fir-raba’ kwadru hemm dik ta’ Santa Katerina Vergni u Martri, li kienet meqjusa bhala protettrici ta’ l-istudji Agostinjani. Darba kien ukoll ukoll kappella ddedikata ghaliha fil-Knisja ta’ San Mark izda li giet mwaqqa’ fl-Assedju ta’ 1551. Fl-Arkivju taghna l-Agostinjani insibu legat tal-kappella ta’ Santa Katerina fil-knisja taghna.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible