Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Arkitettura u Arti
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Arkitettura u Arti

Arkitettura u Arti fil-Parrocca Santu Wistin, Valletta

Statwi fil-Parrocca ta’ Santu Wistin

L-ewwel statwa ta’ Santu Wistin f’Malta tehodna lura fi zmien il-Kavallieri. Meta l-Ordni ta’ San Gwann kien qieghed jaghmel il-pjanta tal-belt il-gdida, msemmija ghall-Gran Mastru La Valette, wahda mill-ordnijiet kienet li ma’ kull knisja, ried issir statwa fl-angolu tat-triq u lampa mixghewla tul il-lejl kollu. Ir-ragunijiet ghal din il-lampa kienu tnejn – biex isservi bhala dekorazzjoni u biex taghti d-dawl lil dawk kollha li jkunu qeghdin jimxu bil-lejl. Ghalhekk, meta l-patrijiet Agostinjani nghatalhom l-art biex fuqha jibnu l-knisja u l-kunvent, hasbu biex jaghmlu statwa ta’ Santu Wistin fl-angolu tal-knisja. Sfortunatament, din l-istatwa giet mkissra b’bomba mill-ajru fit-Tieni Gwerra Mondjali fl-1942. Fit-13 ta’ Dicembru 1947, gie deciz mill-kapitlu konventwali li ssir statwa ohra u fil-fatt, dan ix-xoghol thalla f’idejn l-iskultur Marco Montebello sabiex jaghmel wahda mill-gebel lokali.

Statwa ohra majestuza ta’ Santu Wistin tinsab fl-abside ta’ l-altar maggur. Din l-istatwa giet skolpita mill-ahwa Gerolamo u Francesco Fabri mill-Birgu (Malta) u ghalkemm hadd ma jaf ezatt meta din saret izda zgur li kienet mahduma qabel is-sena 1733. Mxebbha hafna lil dik li tinsab f’Ruma, giet mahduma mill-gebel lokali ghalkemm ma’ l-ewwel daqqa t’ghajn wiehed jahseb li hi maghmula mill-irham. Din l-istatwa hadet post il-kwadru ta’ Mattia Preti, li llum jinsab fis-sagristija.

Statwa ohra ta’ Santu Wistin giet mahduma fis-seklu 20, wara li fis-17 ta’ Jannar 1968, l-Arcisqof Mons. Michael Gonzi ddikjara l-knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, parrocca. Ghaldaqstant, fis-17 ta’ April 1969, Prof. Vincenzo Apap ghamel l-abbozz ta’ l-istatwa l-gdida ta’ Santu Wistin u ntbaghtet Spanja sabiex tigi mahduma. Fil-festa ta’ l-1971, din l-istatwa, mahduma bl-injam, giet mbierka quddiem il-Kullegg ta’ San Albert il-Kbir u migjuba ghall-ewwel darba permezz ta’ purcissjoni.

Madankollu, fil-knisja ta’ Santu Wistin kien hemm devozzjoni kbira wkoll lejn il-Madonna u lejn Santa Rita. Ghaldaqstant, fis-sena 1861, giet mahduma l-istatwa tal-Madonna, li tappartjeni lill-arcikonfraternita’ ta’ Santu Wistin u ta’ Santa Monika. L-artista famuz Carluccio Darmanin (1825 – 1909) hadem din l-istatwa bil-kartapesta. Min-naha l-ohra, wara li Vincenzo Maria Cremona qala grazzja, fl-20 ta’ Mejju 1908 offra lill-patrijiet Agostinjani li jaghmel statwa ta’ Santa Rita tal-kartapesta. Din l-offerta giet accettata.

Pitturi fil-Parrocca ta’ Santu Wistin

Minhabba li l-knisja ta’ Santu Wistin ghandha forma ta’ kurcifiss Grieg, insibu li f’din il-knisja hemm hames kwadri kbar – dawk tal-kor, li jirraprezentaw l-apoteosi ta’ Santu Wistin u l-iehor bhala legislatur, Santu Wistin qieghed jaghti r-Regula lil diversi ordnijiet, id-dibattitu kontra l-Manikej u diversi episodji ohra ta’ matul hajtu. Il-gnub tas-saqaf huwa mdawwar minn diversi qaddisin ta’ l-Ordni filwaqt li fis-saqaf tal-parrocca Santu Wistin insibu pitturi mpittrin minn Gianni Vella fl-1926 (minn Cospicua). Dan sar bl-influwenza ta’ Patri Antonino Tonna Barthet OSA, studjuz kbir fuq Santu Wistin. Verament wiehed jista’ jsejjah is-saqaf bhala “sema Agostinjan” minhabba li l-pitturi juru lil Santu Wistin jircievi l-abitu religjuz, jiddiskuti, jaghti r-Regula jew l-esperjenza ta' l-apoteosi li kellu. Tant hu hekk, li fl-1929, l’Osservatore Romano sejjah il-pittura tas-saqaf ta’ din il-knisja, il-kapolavur ta’ Gianni Vella.

Min-naha l-ohra, il-koppla kbira f’nofs il-knisja hija mimlija pitturi ta’ angli, li jirraprezentaw il-virtu u dekorazzjoni. F’din il-parrocca, wiehed jista’ jsib ukoll zewg koppli zghar – wiehed fil-kappella tas-Santissimu Sagrament u l-iehor fil-kappella ta’ San Nikola. Emvin Cremona ha hsieb ipitter il-kappella tas-Sagrament, fejn espressa r-rivelazzjoni tal-Beata Giuliana ta’ Cornellion u n-nuqqas tad-devozzjoni ta’ Gesu’ fl-Ewkaristija. Fil-kappella l-ohra, ta’ San Nikola minn Tolentino, insibu affresk mpitter minn Aldo Micallef Grimaud, li jipprezenta d-dahla mirakoluza ta’ Santa Rita u l-qaddisin protetturi ta’ din il-qaddisa – Santu Wistin, San Nikola nnifsu u San Gwann il-Battista. F’din l-istess kappella, insibu wkoll pal ta’ l-altar (pittura fuq l-altar) ta’ San Nikola, mpittra minn Mattia Preti. Preti hawnhekk jipprezenta lil dan il-qaddis li qieghed jitlob, filwaqt li qieghed jigi ttentat mix-xitan. Ghal dan il-ghan, il-Kalabriz juza kuluri skuri hafna. F’kappella ohra, insibu pittura ohra ta’ l-iskola ta’ Preti, izda din id-darba is-suggett tal-pittura huwa San Gwann ta’ Sahagun. Hawnhekk tigi interpretata d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u hawnhekk ukoll, il-kuluri ma humiex wisq differenti minn dawk ta’ San Nikola.

Zewg opri ohra li jirraprezentaw il-missier spiritwali ta’ l-Agostinjani jzejnu l-hitan tal-kor, mpittrin minn Roman Domenico Bruschi. Wiehed mill-kwadri jipprezenta l-maghmudija ta’ Santu Wistin, mpitter fl-1875 u fl-iehor insibu lil Santu Wistin f’dibattitu mal-Manikej, mpitter fl-1879. Dawn iz-zewg kwadri, li jitqiesu bhala monument nazzjonali ta’ l-arti, gew mhallsin mill-introjti tal-muzika tal-Mro. Patri Giuseppe Spiteri Fermond OSA izda lahaq ra wiehed biss minnhom minhabba l-mewt tieghu fis-sena 1878. Fis-sagristija, insibu l-kwadru ta’ Santu Wistin li qabel kien flok fejn illum hemm l-istatwa ta’ Santu Wistin, f’nofs il-kor. Dan il-kwadru kbir jirraprezenta lil Santu Wistin jahsel saqajn Kristu, mdawwar minn religjuzi ohra. Din kienet il-mod ta’ kif il-fundaturi ta’ l-ordni religjuzi kienu ppresentati. Magenb Santu Wistin, wiehed jista’ jara l-istendardi episkopali. Hemm it-tradizzjoni li l-pittura hi ta’ Leonello Spada, kontemperanju ta’ Caravaggio. Id-data moghtija lilha tmur lura fl-1612. Madankollu, it-tabib John A. Cauchi L.L.D., ex-kuratur tal-Muzew governattivi ta’ Malta, jghid li dan il-kwadru jappartjeni ghal Cassarino.

Fil-parrocca ta’ Santu Wistin, insibu wkoll devozzjoni kbira lejn il-Madonna. F’wiehed mill-kappelluni, insibu pittura tal-Madonna tal-Konsolazzjoni, mahduma u regalata lill-Agostinjani minn Fra Ermengildo Grech, kappillan ta’ l-Ordni Gerosolimitano ta’ San Gwann. Dan il-kwadru jirraprezenta l-Madonna bil-Bambin, qeghdin jaghtu c-Cintura Qaddisa lil Santa Monika. Hawnhekk, l-artist uza kuluri pjuttost cari. Kwadru iehor tal-Madonna, din id-darba taht it-titlu tas-Sokkors, insibuh bhala titular ta’ l-istess kappella. Il-kwadru, mpitter minn Giuseppe Hysler (1793 – 1858), hija testimonjanza ta’ dak li hemm f’mohhu, f’qalbu u fil-kuxjenza ta’ l-artista. Fil-fatt, il-Madonna bil-Bambin hi pprezentata mdawra minn qaddisin Agostinjani. Dan il-kwadru ha post kwadru iehor li originarjament kien fl-ewwel knisja tas-sena 1571. Illum, din il-pittura tal-Madonna tas-Sokkors tinsab fil-kor tal-kunvent, li ghaliha hija titular. F’dan il-kwadru wkoll insibu l-Madonna bil-Bambin izda fil-genb, insibu lill-Appostlu San Pawl, lil San Giacomo u lil Sant’Anton Abbati. Hawnhekk, l-artista li ma huwiex maghruf, juza kuluri pjuttost skuri. Hadd ma jaf id-data ezatta ta’ dan il-kwadru. Kwadru iehor tal-Madonna tal-Konsolazzjoni jinsab fit-tarag tal-kunvent. Dan hu mpitter mill-malti Lazzaro Pisani (1856 – 1932) u vvalutat minn Bruschi, La Fontana u Silverio Caparoni.

Xoghol artistiku iehor fil-Parrocca ta’ Santu Wistin

Fost diversi xogholijiet artistici li wiehed jammira fil-knisja tal-Belt hu zgur il-kor ta’ njam ahmar li jinsab wara l-Artal Maggur. Jikkonsisti fi tmintax-il sedja komda u bieb fin-nofs bi skultura sabieha bhala parti minnu u zewg gradenzini bi prospettiva kull wahda, ma’ kull genb tal-kor. Sa qabel l-1990, kien hemm ukoll legiju kbir fin-nofs maghmul fuq l-istess stil, minn Saverio Said. Dan kien kompless wiehed ta’ pregju kbir. Biex seta’ sar dan il-kompless, kienu mehtiega xi tibdiliet fl-istrutturi tal-kor, kif jikteb sewwa Patri Guzepp M. Chetcuti fl-14 ta’ April 1815. Iz-zewg bibien tal-kor prezenti gew maghluqa u nfetah bieb wiehed fin-nofs, taht l-istatwa ta’ Santu Wistin. L-Artal Maggur ukoll resaq xi tlieta jew erbghat ixbar ‘l barra. Xi zmien wara, kienu mizjuda mieghu xi partijiet ohra – twalu l-bankuni t’isfel u saru erba’ ginokkjaturi ohra ghalihom kif wiehed jista’ jarahom illum. Fl-1 ta’ Novembru 1844, gie ipproponut li jinbena kampnar fuq il-pjanta ta’ l-arkitett Luigi Bonavia. Ix-xoghol, li nghata lil Anton Mamo, tlesta f’Mejju tas-sena ta’ wara.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible