|
Introduzzjoni
Min ahna?
Mhix facli li nintroducu lilna nfusna, l-ewwel u l-aktar ghaliex ahna familja kbira, mxerrdin f’aktar minn 40 pajjiz madwar id-dinja. Ahna naqsmu l-hajja bhala ahwa, filwaqt li x-xoghol huwa bla limiti.
Santu Wistin, li fuqu nimxu l-ideal taghna, dejjem, ried li nghixu hajja komunitarja ma’ xi hbieb. Flimkien kienu jistudjaw il-Kelma ta’ Alla, jitolbu, jahdmu u jaqsmu kull mument tal-gurnata taghhom. Meta Wistin gie msejjah biex jaghti s-servizz lill-Knisja bhala sacerdot u aktar tard bhala isqof, hu kompla jadotta dan l-istil tal-hajja, filwaqt li fl-istess hin, jaqdi lill-Knisja.
Meta l-Papa Innocenz IV ghaqqad l-hafna eremiti, li kienu jghixu r-Regola ta’ Santu Wistin u fetah l-Ordni Agostinjan, hu xtaqhom ikomplu jghixu l-idejal Agostinjan permezz tal-hajja komuni filwaqt li jaghtu lilhom infushom ghall-evangelizzazzjoni f’kull qasam tal-Knisja, skond il-htigijiet taghha. Din hi r-raguni ghalfejn ahna l-Agostinjani nahdmu fi skejjel, parrocci, djar ta’ l-irtiri, centrijiet taz-zghazagh u anke go artijiet tal-missjonijiet. Insegwu l-ispirtu ta’ Santu Wistin, li ahna nikkonsidrawh bhala l-missier spiritwali, ahna nippruvaw naghtu servizz kull meta u kull fejn il-Knisja tridna.
Ahna naghmlu dan kollu, bis-sahha tal-hajja komuni, li ahna adottajna meta nghaqadna ma’ l-Ordni. L-Agostinjan hu msejjah biex jaqsam kull gurnata ta’ hajtu ma’ hutu, li jaghmlu parti mill-komunita' tieghu. Kull jum, ahna naqsmu mumenti ta’ talb, Ewkaristija, xoghol, ikel u ghaliex le, anki mumenti ta’ rikreazzjoni. Ahna nghixu dan kollu bl-ispirtu ta’ l-ewwel Insara ta’ Gerusalem fejn hadd ma kien jikkonsidra xi haga li tkun tieghu imma fejn kulhadd kien juza mill-affarijiet komuni.

|