|
Introduzzjoni
Il-Motto
L-Ordni Agostinjan ma ghandux motto officjali, imma hafna drabi wiehed isib l-kliem Latini Tolle Lege (Hu! Aqra!) uzati bhala l-motto. Dawn il-kliem, filwaqt li huma adattati ghaliex jinkuragixxu l-istudju, madanakollu ghandhom konnessjoni storika mal-konverzjoni ta’ Santu Wistin (Stqarrijiet Ktieb VIII.29). Matul l-ewwel perjodu ta’ hajtu, meta hu kien konfuz mentalment u kien qieghed jipprova jaghmel l-ahhar pass sabiex isir Kattoliku, kien qieghed fil-gnien mal-habib tieghu Alipju, jaqra l-ittri ta’ San Pawl. Hu telaq il-ktieb minn idejh u mexa 'l hemm; f'salt wiehed induna b'xi tfal fil-vicin li kienu qed jirrepetu il-kliem "Tolle lege"; gera lejn il-post fejn kien halla l-ktieb, qabdu f'idejh, fethu bl-addogg u beda jaqra mill-ittra ta' San Pawl mir-Rumani (Rm 13: 13 – 14), li kienet tghid, “Nghixu kif jixraq, bhal f’binhar; mhux bl-ikel iz-zejjed u s-sokor, mhux biz-zina u t-tbahrid, mhux bil-glied u l-ghira. Imma ilbsu lil Sidna Gesu Kristu u hallukom mill-hsieb tal-gisem u l-gibdiet tieghu”. Immedjatament, l-incertezza li kellu sparixxa u kien kapaci jiehu d-decizjoni li jsir Kattoliku.

|