|
Introduzzjoni
Messagg tal-Provincjal
Merħba. Kif int? Int dħalt fil-website tar-Reliġjużi
Agostinjani jew, kif jafuna ħafna, “il-patrijiet ta’ Santu
Wistin”. F’din il-website tkun tista’ ssib ħafna tagħrif u
għajnuna. Minħabba li għandna ħafna ħbieb Maltin u Għawdxin
kemm f’Malta u Għawdex u wkoll barra, f’din is-site aħna naqsmu
magħkom aħbarijiet fuqna nfusna, tagħrif fuq Santu Wistin
li fih sibna l-ideal ta’ kif nimxu wara Kristu, tagħrif dwar
organizzazjoni u ħidmiet tagħna, tagħrif dwar membri tal-provinċja
tagħna Maltija, dwar knejjes, kunventi u għaqdiet tagħna u
ħwejjeġ oħra... Tkunu tistgħu ukoll issibu kif tikkuntattjawna
fuq kull ħaġa li nistgħu ngħinukom fiha... kif tikkuntattjaw
xi wieħed minna, kif tkunu tistgħu tkunu tafu aktar fuq is-sejħa
għall-Ħajja Kkonsagrata fl-Ordni ta’ Santu Wistin, kif tistgħu
tikkuntattjawna fuq xi diffikultà li jkollkom. Nieħdu gost
ukoll jekk tissuġġerielna x’taħseb li hu nieqes jew meħtieġ
fiha....
Idħol u fittex, daqs li kieku kienet dar żgħira oħra għalik.
Nieħdu gost jekk, b’xi mod, tidħol f’kuntatt ma’ xi ħadd minna.
Fiha se ssib ukoll links li tista’ tuża għal sites oħra, agostinjani
u oħrajn.
Li tfittex huwa tajjeb. Santu Wistin għaddu ħajtu jfittex
il-verita’ dwar kollox. Sakemm sab li l-verita’ hgija Persuna...
li kienet qed tfittex lilu!
Sliem.
Patri Manwel Borg Bonello OSA

|