|
Ordni ta' Santu Wistin
Introduzzjoni
Kull ordni religjuz, ukoll jekk imwaqqaf minn fundatur, ma giex imsawwab f’erbat ijiem izda htieglu zmien biex wasal ghall-maturita’ u nfirex. Din tapplika wkoll ghall-Ordni Agostinjan. L-istil tal-hajja Agostinjana tmur lura lejn is-seklu 4 u 5, meta wara li kkonverta, Santu Wistin warrab fil-genb kull hsieb li kellu dwar il-karriera u iddecieda li jservi ‘l Alla flimkien ma’ hbiebu. F’Tagaste, bhala lajk u f’Ippona bhala sacerdot, hu introduca l-hajja religjuza fuq l-istil li kienu jghixu l-ewwel appostli, jigifieri li jaqsmu bejniethom kull ma jkollhom u li xejn ma jitqies bhala taghhom. Din l-istil ta’ hajja ntlaqtet hafna min-nies, tant li Santu Wistin mhux biss attratta ‘l hafna nies sabiex jghixu mieghu izda biz-zmien, bdew joktru aktar komunitajiet li bdew jimxu fuq l-istil, miktub ghalihom minn dan l-isqof Afrikan.
Fuq din il-bazi stabbilita minn Santu Wistin, fis-seklu 13, is-Santa Sede inkoraggixxa lil diversi gruppi ta’ eremiti sabiex jinghaqdu f’ordni wiehed, hekk kif gie mfisser u mitlub b’zewg bolli tal-Papa Innocenz IV “Incumbit nobis” u “Praesentium vobis”, it-tnejn mahrugin fis-16 ta’ Dicembru 1243. Din is-sejha giet milqugha u ghal dan il-ghan, il-Papa gabarhom f’Ordni wiehed taht ir-Regula ta’ Santu Wistin u l-principji li kienu ikkunsidrati proprji tal-hajja religjuza, kif kien jixtieqha l-isqof ta’ Ippona. F’Marzu 1244, l-eremiti ghamlu kapitlu tat-twaqqif ta’ l-ordni f’Ruma taht il-gwida tal-Kardinal Richard Annibaldi u b’hekk ssehhet l-ghaqda. Ghazlu minn fosthom ukoll prijur generali u fasslu sett ta’ kostituzzjonijiet, kif kien ordna l-Papa. Ghalhekk, wiehed jista’ jghid li kien propju f’dan il-mument li bdiet l-istorja ta’ l-Ordni ta’ Santu Wistin. Xi hdax-il sena wara, l-Ordni ta’ l-eremiti ta’ Santu Wistin kompla jikber, hekk kif inghaqdu maghhom aktar gruppi ta’ eremiti. L-Unjoni l-Kbira saret fil-knisja u l-kunvent ta’ Santa Maria del Popolo, Ruma, taht id-direzzjoni tal-Kardinal Annibaldi, minn delegati li gew minn kull eremitagg. Minkejja li hadd ma jef ezatt id-data ta’ meta sar dan il-Kapitlu Generali, skond kalkoli serji, il-laqgha saret f’Marzu 1256. Din kienet pass importanti fir-riforma tal-Knisja rigward hajja religjuza. Permezz taghha, il-Papa kien deciz li jispicca l-konfuzjoni li qam minn numru kbir ta’ gruppi ta’ religjuzi zghar u li wassal il-forzi spiritwali f’apostolat ta’ predikazzjoni u kura pastorali fiz-zieda ta’ l-ibliet fl-Ewropa. L-unita’ tal-Knisja kienet qieghda tigi mhedda mill-gdid mill-ereziji u l-isfidi l-godda kienu qeghdin jigu elaborati mill-bidliet ekonomici u intelletwali fis-socjeta’. Ghaldaqstant, l-Agostinjani hadu posthom bhala patrijiet mendikanti flimkien mad-Dumnikani, il-Frangiskani u aktar tard il-Karmelitani. Dawn il-patrijiet bdew jintbaghtu direttament fic-centri kummercjali li kienu qeghdin jizviluppaw, sabiex jippriedkaw lill-klassijiet li kienu qeghdin jikbru u biex igibu l-ispiritwalita’ tal-Evangelju lin-nies.
Ix-xejra u l-ghan ta’ l-Ordni Agostinjan nistghu nispecifikawhom ahjar permezz tad-dokumenti tal-Papiet, tal-Kostituzzjonijiet ta’ l-Ordni, d-definizzjonijiet tal-kapitli generali u mit-tradizzjoni maghrufa, migjuba lilna mill-ewwel kittieba ta’ l-Ordni fis-seklu 14. Mill-isem innifsu – “Ordni ta’ Santu Wistin”, wiehed jista’ johrog iz-zewg karatteristici fundamentali ta’ dan l-ordni l-gdid, jigifieri l-Fraternita’
appostolika u l-Agostinjanita’. Il-Fraternita’ appostolika hija l-komunita’ ta’ ahwa li jghixu fi hdan il-poplu t’Alla, filwaqt li joffru lill-istess poplu ezempju ta’ xhieda, ta’ karita’ u poverta’ evangelika u jipprezentaw duttrina tajba. L-Agostinjanita’ tipprezenta d-differenza ewlenija li taghzilna minn ordnijiet ohra. Ghaldaqstant, wiehed jista’ jikkonkludi li l-ghan ta’ l-Ordni Agostinjan hu dak stess li jitlob Santu Wistin fil-bidu tar-Regula tieghu meta jghid: “L-ewwel haga li ghaliha ngbartu fil-monasterju hi li tghixu flimkien u li tkunu ruh wahda u qalb wahda f’Alla”, jigifieri li ahna l-Agostinjani nfittxu ‘l Alla bi spirtu shih u b’imhabba ta’ ahwa msahhin mill-imhabba ta’ bejnietna u mill-istudju fuq Alla u fuq dak kollu li jwassalna ghandu, f’attitudni ta’ talb, biex bl-appostolat taghna nwasslu u mmexxu l-ohrajn lejn Alla.

|