|
Hidma Pastorali
Il-Kappella tal-Buskett
Il-Kappella tal-Buskett, ddedikata lil Sant’ Anton Abbati, inbniet mill-Granmastri ahwa Cottoner. Minhabba li l-kappella tinsab vicin il-Palazz Verdala, minn dejjem kienet taghmel parti mir-residenza tal-President. Ghalhekk, il-kappella ma kinetx minn dejjem taht id-direzzjoni tal-Patrijiet Agostinjani. Kien propju fis-sena 1944, meta Mons. Antonju Buhagiar, talab lill-Patrijiet Agostinjani sabiex jiehdu hsieb spiritwalment din iz-zona sabiha, filwaqt li jiehdu hsieb lin-nies li jghixu jew joqghodu madwar din il-kappella, li tinsab fil-limiti tar-Rabat. B’dan il-mod, il-Patrijiet Agostinjani issa ilhom jiehdu hsieb il-kappella ghal aktar minn 60 sena. Il-Patrijiet li mexxew il-kappella mill-1944 kienu:
1) Rev. Patri Possidju Saliba OSA (1944 – 1956)
2) Rev. Patri Rafel Azzopardi OSA (1956 – 1983)
3) Rev. Patri Kristjanu Cini OSA (1983 – 1990)
4) Rev. Patri Federik Gibson OSA (1990 – 1994)
5) Rev. Patri Pawl Muscat OSA (1994 – 1998)
6) Rev. Patri Guzi Mifsud OSA (1998 – llum)
Ta’ kull nhar ta’ Hadd, kif ukoll fil-festi pubblici, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa, il-Kappella tal-Buskett tiftah sabiex issir il-quddies tat-8am. Il-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati tiftah fiz-zewg festi li ticcelebra – Sant’ Anton Abbati nhar is-17 ta’ Jannar u fil-festa ta’ Santa Rita, qrib it-22 ta’ Mejju. Fil-festi tad-Duluri u dik ta’ Santa Rita, jsiru wkoll purcissjonijiet devoti mal-gonna sbieh tal-palazz Verdala. Il-pellegrini matul is-sena, kif ukoll fil-jiem ta’ festi, ma jonsqu qatt. Minkejja li d-daqs tal-kappella hu ftit zghir, mhix l-ewwel darba li xi parti mill-irtir isir fil-kappella sabiex jghaddu z-zmien ta’ riflessjoni spiritwali f’dan is-skiet.
Wahda mill-affarijiet sbieh li nsibu f’din il-kappella, hija l-kwadru titulari tal-pittur renomat Mattija Preti. Il-kwadru hu ddedikat lill-Madonna tal-Hniena. Madankollu, San Gwann il-Battista u Sant’ Anton Abbati huma t-tnejn mpittrin hdejn il-Madonna. Ir-raguni ghalfejn dawn iz-zewg qaddisin gew impittrin hija li filwaqt li San Gwann il-Battista kien il-protettur tal-Kavallieri, Sant’ Anton Abbati kien l-protettur ta’ l-annimali, u ghalhekk kien post idejali ghax il-kappella tinsab qalb il-gonna tal-Buskett. Fil-kappella tal-Buskett, wiehed jista’ jsib ukoll xi kwadri sbieh hafna fuq il-martirju ta’ San Gwann il-Battista, li huma ta’ l-istess skola ta’ Preti. Fost dawn, insibu zewg kwadri sbieh taz-zewg qaddisin li jgibu l-isem ta’ San Nikola ta’ Bari u ta’ San Rafel Arkanglu, li huma msemmija ghal dawn iz-zewg Granmastri ahwa – Nikola u Rafel Cottoner.

|