|
Hidma Pastorali
Istitut Agostinjan
L-Istitut Agostinjan twaqqaf b’digriet tal-Kunsill tal-Provincja Agostinjana fl-20 ta’ Marzu 1983. L-Istitut twaqqaf bil-hsieb illi tinzamm hajja l-figura u t-taghlim ta’ Santu Wistin fil-provincja bis-sahha ta’ ricerka u ta’ korsijiet ta’ taghlim dwar il-hajja, l-kitbiet u l-wirt ta’ Santu Wistin, isqof ta’ Ippona (Annaba) fl-Algerija u Duttur tal-Knisja. Ghan iehor kien dak ta’ tixrid ta’ taghrif u taghlim dwar dawk il-Missirijiet tal-Knisja Nisranija tal-Punent sas-sitt seklu wara Kristu. L-Istitut kien twaqqaf gewwa l-kunvent tal-patrijiet ta’ Santu Wistin gewwa l-Belt Valletta. Fl-1988 l-Istitut gie trasferit ghal sede iktar spazjuza u iktar accessibbli u centrali gewwa tal-Pieta’ f’Dar San Guzepp. Fis-sena 2000, l-Istitut kiseb gharfien internazzjonali bhala Centru ta’ ricerka u taghlim fi hdan l-Ordni Agostinjan. Centri ohrajn jinsabu gewwa Leuven (Belgju), f’Perugia (Italja), f’Palermo (Sqallija), gewwa Würzburg (fil-Germanja), gewwa Vallodolid (fi Spanja) u gewwa Eindhoven (fl-Olanda). L-Istitut huwa wkoll is-sede tat-traduzzjoni ta’ xi xoghlijiet ta’ Santu Wistin ghall-Ilsien Malti, kif ukoll ta’ pubblikazzjonijiet dwar il-hsieb, il-filosofija u t-teologija ta’ Santu Wistin. Is-sena akkademika gewwa l-Istitut hija maghmulha minn tliet study units, jigifieri, Kors ghal Kulhadd (Settembru - Dicembru) l-Annual Saint Augustine Lecture (Novembru) u l-Lectio Augustini (Jannar - Marzu). F’din is-sena akkademika 2008-2009 il-Provincja Agostinjana waqqfet Borza ta’ Studju ta’ €1200 miftuha ghal kull min jixtieq jiehu sehem fiha. Aktar dettalji jistghu jinkisbu minghand is-Segreterija ta’ l-Istitut.
| Segretarja |
Ms Antoinette Borg (ikkuntatjaha permezz tat-telefon 21313644 jew mobile 99450099) |
| Indirizz |
Istitut Agostinjan
PO Box 61 Msida PO MSD 1000
Malta |
| Telefon |
21223427(& fax - Istitut Agostinjan)
21249407(+ fax - privat)
21245934 (Kunvent Santu Wistin, Valletta). |
| Mobile |
99402102 (Patri Salvinu Caruana OSA) |
| Email |
scaruana@global.net.mt / salvino.caruana@um.edu.mt / salvinocaruana@onvol.net |

|