Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Hidma Pastorali
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Hidma Pastorali

Lajci Agostinjani

Il-prezenza Agostinjana gewwa Paceville, li tikkonsisti f’kunvent, il-Knisja ddedikata lill-Omm ta’ Parir it-Tajjeb u l-Kappella tal-Millennju, hija l-aktar post fejn il-prezenza tal-lajci tidher u tispikka. Fil-fatt, jezistu erba’ gruppi fejn il-lajci jaghtu sehemhom.

L-ewwel grupp, maghruf bhala l-welcomers jikkonsisti f’lajci li huma ffurmati sabiex jilqghu ‘l dawk in-nies li jidhlu f’dan l-oasi ta’ paci ghall-ewwel darba, specjalment turisti u barranin. Dan il-grupp jikkonsisti f’madwar 100 lajk/a.

Min-naha l-ohra, l-Friends of Augustine, jikkonsisti f’lajci fejn darba fix-xahar, jiltaqghu sabiex isiru jafu dwar missierna Santu Wistin, dwar l-influwenzi u l-kitbiet tieghu. Wara l-qari ta’ xi siltiet mill-kitbiet tieghu, isiru esposizzjonijiet fuq is-salmi u l-qari mill-Iskrittura maghquda ma’ tema partikolari, maghzula kull xahar. Imbaghad, l-istess lajci jaqsmu l-idejat taghhom fuq dak kollu li jkunu semghu sabiex dak li jidhol fil-widna, tixtarru l-qalb. Laqghat fuq skala akbar jigu organizzati minn zmien ghal zmien ghal udjenza akbar f’post Agostinjan bl-ghan li jaghmlu t-taghlim ta’ San Wistin aktar maghruf.

Il-Grupp Gustizzja u Paci jfittex li jpoggi fil-prattika l-ezortazzjonijiet ta’ Santu Wistin, dwar il-gustizzja u l-paci. Il-grupp huwa mmexxi wkoll mit-taghlim tieghu fuq is-solidarjeta’, l-qsim ta’ l-affarijiet komuni, t-talb u l-evangelizzazzjoni. Il-pjanijiet huma issa fil-konkret sabiex jaghtu daqqa t’id anke l-komunita’ Agostinjana tal-missjoni fin-Nigerja billi jigbru fondi ghall-progett, li jinvolvi t-tlestija ta’ klinika u kappella ddedikata lill-Madonna tal-Kunsill it-Tajjeb. Il-laqghat, li jigu organizzati kull xahar, jikkonsistu f’nofs siegha Adorazzjoni Ewkaristika, flimkien ma’ l-qsim ta’ informazzjoni dwar il-kazijiet rassenjati lil kull koppja. Il-messagg wara l-Adorazzjoni tat-Taize huwa li sabiex wiehed jahdem, ghandu bzonn is-sahha u l-energija, li tista’ tinkiseb biss minghand Gesu’ Ewkaristija li hu Sid il-Haddiema. Anthony R. Curmi hu l-Ko-ordinatur u t-Tezorier, flimkien ma’ Fr. Hiliary, il-mexxej principali.

Uhud mil-lajci li jiehdu sehem fil-grupp Friends of Augustine u Gustizzja u Paci jaghtu wkoll daqqa t’id f’dik li ghandha x’taqsam ma’ karita’ u djakonija. Filwaqt li jigbru affarijiet materjali bhal ikel ta’ kuljum, hwejjeg u affarijiet ohra, huma jghinu wkoll lil dawk li huma inqas ixxurtjati minnha – kemm dawk li huma foqra, kif ukoll dawk li kienu qeghdin jibghatu minn xi krizi jew minn problemi serji ohrajn.

Kull min jixtieq jaghti xi daqqa t’id jew jixtieq jimpenja ruhu f’xi hinijiet matul il-gurnata, ghandu jikkuntatja lil Fr. Hiliary Tagliaferro fuq wiehed minn dawn in-numru 21354464 jew 21357445.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible