Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Hidma Pastorali
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Hidma Pastorali

Living In Friendship Together

Sa mill-bidu nett kellna holma – li nibdew mixja flimkien sabiex noholqu komunita'. LIFT: - "Living in friendship together" - hu l-isem tal-grupp taz-zghazagh li permezz tieghu din il-holma li kellna saret realta'. L-iskop ta' dan il-grupp hu li nahdmu id f'id sabiex naghtu kemm nistghu lil zghazagh ohra bhalna. Il-mod ta’ kif xtaqna naghmlu dan kien propju billi noholqu cirku ta' hbiberija, kuncett li kien ghal qalb hafna Santu Wistin ta' Ippona, li hu l-missier spiritwali tar-religjuzi Agostinjani u l-mudell tat-taghlim taghna. LIFT huwa grupp ta' zghazagh li jiltaqa’ f’Paceville, gewwa l-Millennium Chapel – kappella mmexxija mill-Agostinjani.

LIFT twaqqaf formalment ghall-habta ta’ Gunju 2006 ghalkemm fil-verita' dil-mixja kienet ilha li bdiet, grazzi ghall-quddiesa ta' kull nhar ta' Sibt fid-9.30pm li ssir fil-Millennium Chapel u li dejjem zammejniha bhala appuntament ta' kull Gimgha.

Illum dan il-grupp evolva, organizza numru ta' attivitajiet kbar u qed jahdem biex jolqot aktar nies, ta' kull sess, lokalita', abbilita', sesswalita', strata socjali jew kulur politiku. Fost dawn l-attivitajiet insibu l-irtir annwali li jsir fil-kunvent tal-Agostinjani fir-Rabat Ghawdex, l-ikla Lhudija fil-Gimgha l-Kbira, ir-recta tal-Milied, l-ezercizzi tar-Randan, il-LIFT New Year’s Eve Party u l-LIFT Summer Bash Party. L-attivitajiet ikunu varjati halli jkun accertat li jintlaqtu l-gosti ta’ kulhadd. Apparti l-attivitajiet annwali, isiru bosta ohrajn ta' kull xahar u jvarjaw minn mumenti ta' talb flimkien, films, ikliet, BBQs jew xi gurnata bahar. Mhux darba jew tnejn li jkunu l-membri stess ta' din il-ghaqda li jiehdu hsieb jikkoordinaw dawn l-attivitajiet. B'hekk kulhadd ikollu l-opportunita' li jaqsam it-talenti tieghu mal-komunita' ta' madwaru.

Dan l-ahhar, il-grupp beda jahdem sabiex ikompli jiggedded. Ghalhekk twaqqfu numru ta' subgroups halli l-membri ta' LIFT ikunu jistghu jassocjaw ruhhom aktar ma' dak li huma jaghtu preferenza. Dawn is-subgroups huma maqsumin f'erbgha u jinkludu LIFT Music, LIFT Drama, LIFT Sports u LIFT Volontarjat. F'Lulju ta’ l-2008 issiehbu mal-'core team' ta' LIFT Jeremy u Daniela li qatt ma naqsu li joffru l-ghajnuna taghhom. Dawn flimkien mal-core team, li jikkonsisti minn Fr. Ray, Ray, Katya, Anton, Maria, Stephania, u Conrad, ser jahdmu bis-shih biex jaraw li kulhadd jintegra tajjeb fil-grupp. Qed norganizzaw ukoll laqghat ta' formazzjoni fejn esperti mistiedna qed jaghtu lezzjonijiet dwar temi differenti marbuta mal-hajja.

Il-grupp LIFT jishaq li s-success ma jitkejjilx fuq kemm jattendu nies ghall-attivitajiet, izda kemm in-nies li jattendu jiehdu gost u jiehdu lura maghhom rikordji sbieh. Il-grupp qed jinzamm informali hafna u naghmlu minn kollox sabiex kulhadd ihossu komdu, mahbub u accettat kif inhu...kif kien ihobb jghid Santu Wistin ‘Hobb u aghmel li trid’.

Biex tissieheb ma' LIFT ma trid l-ebda password jew username. Kull ma trid taghmel hu li tattendi attivita' mill-hafna li norganizzaw u mill-ewwel thossok wiehed minna. Biex issir taf aktar dwar l-ghaqda taghna tista' zzur il-websajt www.mclift.org jew tibghat e-mail fuq info@mclift.org. Minn zmien ghal zmien qed nilloncjaw aktar mezzi interattivi biex wiehed ikun jista' jikseb informazzjoni dwar l-ghaqda taghna fosthom il-grupp ta' LIFT fuq Facebook, HI5 u anke l-LIFT blog li jista’ jigi accessat mill-websajt ta’ LIFT stess. Min irid huwa mistieden ukoll li jinghaqad maghna kull nhar ta' Sibt fid-9.30pm ghall-quddiesa tal-Millennium Chapel f'Paceville. Dawn il-mumenti li nqattghu flimkien qed jghinuna nsiru nafu iktar lil Alla, il-hajja u lil xulxin.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible