Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Hidma Pastorali » Segretarjat tal-Missjonijiet
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Hidma Pastorali
Segretarjat tal-Missjonijiet

Xi zghazagh jaqsmu l-esperjenza taghhom fil-Brazil

Mireia Theuma

Waqt quddiesa f’Haz-Zabbar kont smajt l-avviz li kien ser jifforma grupp ta’ zghazagh biex imur il-Brazil ghal esperjenza missjunarja. Il-holma tieghi setghet issir realta’. Cempilt lil Fr. Mario u bdejt nattendi ghall-preparazzjoni mal-grupp il-gdid, flimkien ma’ sitt zghazagh ohra. Fit-12 ta’ Lulju 2007 kelli ecitament kbir x’hin bdejt il-vjagg li kien ser iwassalni ghal dak li kont ilni nipprepara ghalih ghal dawn l-ahhar xhur.

X’hin wasalt São Paulo, wara 15-il siegha vjagg, mall-ewwel innotajt l-ambjent li fih jghixu n-nies il-foqra li huma differenti minn nies bhalna li ghandna djar sbieh u tajbin. Kelli l-opportunita’ li nisma’ l-ewwel quddiesa bil-Portugiz, go kamra zghira li sservi bhala kappella fil-favela ta’ Singapura. Mill-ewwel intlaqajna tajjeb min-nies, gew jifirhu bina u jirringrazzjawna talli morna naghmlu parti mill-hajja taghhom.

L-ewwel gimghatejn morna Rolandia fejn konna ser nahdmu mat-tfal fid-day centres. Jiena kont f’day centre immexxi minn soru Maltija li ilha l-Brazil 45 sena. Kull sena, Sr. Esmelia tistenna lill-grupp tal-Maltin biex imorru fid-day centre taghha halli jahdmu mat-trabi, tfal zghar u anka adoloxxenti. Ma stajtx ma ningibidx lejn dawn it-tfal! Konna tliet zghazagh Maltin naghmlu krafts, naqbzu l-habel jew nilaghbu xi loghba futbol u nohorgu l-energija kollha li kien ikollna maghhom. Iz-zmien malajr ghadda u hassejtha bi tqila biex nghid ‘goodbye’ lill-hbieb kollha li kont ghamilt.

L-ghaxart ijiem li kien imiss kienu fir-rahal ckejken ta’ Jaguapita. Kien l-iktar post li kont qed nibza’ immur fih! Konna ser nahdmu ma’ nies morda bl-HIV u l-AIDS, u tfal li ma’ jistghux jghixu mal-genituri taghhom. Din m’hijiex realta’ li jien imdorrija fiha. Bdejt din l-avventura ma’ tmint itfal li qeghdin migbura go dar zghira u tiehu hsiebhom wahda mara li tant thobbhom. Renato, Marcel, Serginho, Gabriel, Ariane, SueEllen, Kaiiki u Gabriel iz-zghir, kollha imqarqcin imma jafu jhobbu b’imhabba liema bhala. Konna noqoghdu nkantaw, nilaghbu noli, nigru wara xulxin u hafna iktar.

Fl-ahhar messni nahdem f’Casa De Maria. Malli rfist l-ghatba ta’ din id-dar hadt impressjoni ohra. Il-pazjenti zghazagh u adulti kienu qed jistennewna, mill-ewwel gew jilqghuna u johdulna b’idejna bit-tbissima fuq xofftejhom. Hemmhekk sirt naf persuna li mhux facli ninsiha. Marcel huwa ragel nieqes mid-dawl u allavolja ghama jmidd idejh ghax-xoghol u sahansitra jasal ukoll biex jahsel il-karozzi privati tan-nies biex b’hekk jaqla’ xi haga tal-flus. Jiehu l-hajja b’mod pozittiv hafna u ghamilli hafna kuragg meta kont nitkellem ftit mieghu. Fost id-diskursati twal li kien ikollna ma’ Marcel, qalilna, “Jien ma naghtix tort lil Alla ta’ dak li grali ghax hu ma’ jahti xejn. L-izball jien kont li ghamiltu u issa qed inbati il-konsegwenzi!” Wara dawn il-kelmiet bqajt imbellha ghax ma stennejtx li kien ser jitkellem hekk dwar Alla. Iltqajt ukoll ma’ Fransisco li huwa persuna li jaf jaghmel hafna handcrafts. Lili ghamilli zewg fjuriet bil-passaperla u li ghadni nghozzhom sal-lum. Fuq kollox dan iz-zmien f’Jaguapita’ ma kienx daqshekk ikrah daqs kemm stennejtu!

Ergajna qbadna t-triq lura lejn São Paulo, u bdejt il-hidma tieghi f’Cidade Nova. It-tfal li kienu jattendu f’dan id-day centre kienu kollha tfal kbar li gejjin mill-favelas. Ridt noqghod b’seba ghajnejn maghhom, ghax kienu pjuttost agressivi minhabba l-ambjent li fih kienu jghixu. Mhux l-ewwel darba li kienet tinqala’ xi glieda ghax ikun hemm xi hadd imqarqac joqghod jittanta jew jinki lil shabu. Konna naghmlu krafts b’li konna nsibu – kaxxi bil-gazzetti, pupi bis-suf u hafna ohrajn. Kienet esperjenza ta’ gimaghtejn indimentikabli ma’ dawk it-tfal.

Nixtieq nirringrazzja lill-Mulej ta’ dak kollu li ghaddejt minnu f’dawn is-seba’ gimghat. L-aktar haga li impressjonatni kienet it-tbissima li t-tfal kellhom fuq wicchom hekk malli tghidilhom bongu u titbissem! Inheggigkom biex taghmlu din l-esperjenza intom ukoll!

Denise Desira

Daqs ghaxar snin ilu jien u r-ragel tieghi Saviour morna nisimghu quddies gewwa il-knisja tal-Birgu. Meta bdiet il- quddies, kien hemm grupp ta' zaghzagh li habbru li fis-sajf kienu sejrin jaghmlu esperjenza missjunarja gewwa il-Brasil. Jien qatt ma kien ghaddieli hsieb minn mohhi li mmur il-missjoni! Izda meta dawn bdew jitkellmu, jien hassejt min jsejjahli gewwa qalbi. Ma kontx naf li anke zewgi kien qed jhoss l-istess! Waqt il-quddies jien u r-ragel harisna lejn xulxin u jien ghedtlu li kont qieghda nithajjar u bl-akbar sorpriza, qalli li hu kien ukoll.

Ma hemmx ghalfejn nghidu kif spiccat il-quddies dawk iz-zaghzagh, li saru l-akbar hbieb taghna, qasmulna fuljett, u ahna konnha pronti cempilna li Fr. Mario u minn hemm bdejna bil-mod il-mod nippreparaw biex immorru. Ahna u nippreparaw sibna hafna ghajnuna kemm m'ghand tal-familja kif ukoll m'ghand hbieb etc.

Jien tlajt bit-tir li qisni xi eroj sejra biex nghin ghax f'mohhi hekk kont nahseb li jien ahjar minnhom. Izda meta wasalt hemm u ntqajt man-nies ta' hemm ndunajt li dawn kienu bhali, anzi ahjar minni! Dawn in-nies avolja ta' faqar kbir kellhom generosita qawwija, qalbhom kienet kbira wisq u laquna go darhom! Mill-ftit li kellhom offrulna u qatt ma pretendu xejn lura.

Nista nghid li din l-esperjenza totalment bidlietli hajti. Fejn qabel kont nirrabja ghax l-affarijiet ma jigux ezatt kif irrid jien, issa bdejt naccetta dak kollhu li jibghatli l-Mulej. Bdejt nirraguna b'mod differenti. Indunajt li l-pjan tal-Mulej ghalina huwa differenti minn dak li nkunu irridu ahna!

Issa li ghaddew 10 snin nghid li kienet l-aqwa esperjenza u taghlima tal-hajja li qatt hadt u nibqa nghozza tul hajti kollhu. L-aktar haga li nixtieq hija li anke uliedi jaghmlu din l-esperjenza ghax naf kemm swietli u nixtieq li uliedi wkoll jibbenifikaw minn esperjenza bhal dik.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible