|
Hidma Pastorali Segretarjat tal-Missjonijiet
FAQ
Xi spejjez ikunu involuti?
Iz-zghazagh li jiddeciedu jaghmlu l-esperjenza ta’ seba’ gimghat fil-Brazil jaghmluha fuq bazi volontarja. Dan ifisser li l-ispejjez involuti jithallsu kollha mill-individwu. Dawn ikunu jinkludu il-vjagg ta’ l-ajru, it-tilqim li jittiehed minn Malta, polza ta’ assikurazzjoni.
X’tip ta’ prevenzjoni inkun irrid niehu?
Li wiehed jitlaqqam kontra xi marda mhuwiex obbligatorju. Is-Segretarjat jirrikmanda illi kull min ikun ser jaghmel l-esperjenza fil-Brazil jikkuntatja it-taqsima tat-tilqim mil-poliklinika tal-Furjana (National Immunisation Sevices). L-assikurazzjoni wkoll mhix obligatorja. Din issir minn min irid pero f’dawn l-ahhar snin il-gruppi dejjem ghazlu li jaghmlu wahda bejn il-grupp kollu.
Kemm indumu b’kollox fl-art tal-missjoni?
B’kollox il-grupp idum seba’ gimghat fil-Brazil. Iz-zghazagh Maltin jitilqu lejn l-art tal-missjoni fit-tieni gimgha ta’ Lulju u jaghmlu hemm sa’ l-ahhar ta’ Awwissu.
X’isir mill-grupp tal-Maltin fis-7 gimghat li jqattghu il-Brazil?
F’dan iz-zmien il-grupp jahdem fi tlett parrocci differenti li jiehdu hsieb ir-religjuzi missjunarji Agostinjani Maltin. Dawn il-postijiet huma Rolandia u Jaguapita, li jinsabu fl-istat ta’ Parana u fil-belt ta’ São Paulo li tinsab fl-istat ta’ São Paulo. Il-hidma tkun l-aktar iffokata mat-tfal foqra li jigru fit-toroq u l-familji taghhom li jkunu joqoghdu fil-favelas (slums). Matul il-jum, dawn it-tfal jigu migburin f'centri u fihom iqattghu il-gurnata jilaghbu, ikantaw, jizfnu, jidhku u jiccajtaw mal-grupp Malti. B’hekk inkunu qed inbeghduhom mil-perikli tal-vizzji u ntaffulhom id-diffikultajiet li johloq l-ambjent difficli li joqoghdu fih.
Kif nista’ nghin fil-hidma missjunarja?
• Ghotja sabieha li l-benefatturi jistghu jaghmlu hija illi jitolbu ghall-missjonijiet Agostinjani kif ukoll ghal missjunarji biex il-Mulej ikompli itihom il-qawwa, il-kuragg, it-tama u dak li ghandhom bzonn sabiex iwettqu hidmithom f’ambjenti difficli u ’l boghod minn art twelidhom.
• Ghotja sabiha ohra hija li toffri ftit gimghat biex taghmel din l-esperjenza mal-familji u tfal foqra fil-Brazil.
• Tista' tghin finanzjarjament. Minghajr ghajnuna finanzjarja tal-hafna benefatturi, ma tkunx possibli il-hidma li naghmlu mal-familji foqra fl-art tal-missjoni. Tista tghin billi taghmel depozitu fil-kont tal-Bank of Valletta numru: 40010188817
• Tibghat cekk pagabbli lil "Segretarjat Missjonijiet Agostinjani" fuq l-indirizz ta’ hawn taht
• Jew tibghat kontribuzzjoni b’SMS fuq in-numri 50617355 (€2.66) jew 50616124 (€1.16)
X’ghandi naghmel biex immur esperjenza fil-Brazil?
Jekk inti mhajjar jew tixtieq tkun taf aktar dwar l-esperjenza taghna nistednuk tikkuntatjana permezz ta’ wiehed minn dawn li gejjin:
Telefon: 21354464 (Millennium Chapel)
Mobile: 79255936 (Direttur Fr. Mario Abela OSA)
E-mail: abelamaosa@yahoo.com; missions.amigos@gmail.com
Indirizz: Segretarjat Missjonijiet Agostinjani, Kunvent Omm tal-Parir it-Tajjeb, Millenium Chapel, Triq il-Knisja, Paceville STJ 3043

|