|
Hidma Pastorali
Il-prezenza ta' l-Agostinjani fin-Nazzjonijiet Uniti
Introduzzjoni
Hemm hafna x’jigi esplorat u diversi angoli ta’ kif wiehed jista’ ihares lejn in-natura u l-importanza tar-relazzjoni tal-knisja u l-istat. Din is-sezzjoni tal-website tiffoka fuq ir-relazzjoni unika ta’ l-Ordni Agostinjan mal-komunita’ Nisranija tal-bidu ta’ l-Atti ta’ l-Appostli u mal-knisja tas-sekli konsegwenti. Hija tesplora xi aspetti tal-hajja u l-ministerju tal-komunita’ Nisranija tal-bidu, kif inhi deskritta fit-Testament il-Gdid, l-implikazzjonijiet taghha ghall-ezistenza tal-knisja fiz-zminijiet tal-llum u d-dinamicita’ tal-kostituzzjoni ta’ l-Ordni taghna biex tispjega din ir-relazzjoni. Hija tehodha bhala fatt li s-sejha taghna bhala Agostinjani necessarjament ggib maghha xi ansjeta’ u azzjonijiet socjo-politici.
Fil-formazzjoni u l-mixja taghha lejn Ruma, il-komunita’ tal-knisja tal-bidu qieghda tipprezentalna sfond importanti biex nifhmu r-relazzjoni prezenti u necessarja li tezisti bejn l-Agostinjani u l-Gnus Maqghuda. Mifhuma mill-perspettiva Agostinjana ta’ x’inhu imperu u komunita’, il-formazzjoni ta’ l-ewwel komunita’ Nisranija fl-Atti 2:42ff tipprezentalna principji u kwalitajiet li huma kontra l-imperu, jigifieri l-ghaqda ta’ l-ahwa, is-servizz u x-xhieda, li huma opposti ghat-tgeddis, id-dominanza u l-egocentricita’, li jikkaraterizzaw l-imperu. Ic-caqliq tal-knisja minn Gerusalemm ghal Ruma fl-ahhar zewg kapitli ta’ l-Atti ta’ l-Appostli jipprezentawlna knisja, li qieghda tikkometti ruhha ghas-salvazzjoni tad-dinja kollha. L-ewwel Insara kienu jafu li l-missjoni taghhom kienet tinkludi b’xi mod tibdil tad-dinja. Kienu saru jafu wkoll li din il-missjoni kienet tinvolvi t-tixrid ta’ dawn il-kwalitajiet fis-socjeta’. Il-konfrontazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ dak iz-zmien, kienet parti integrali mill-missjoni tal-knisja, mandat li ma setghax jithalla barra. Kif kienet timplika l-kummissjoni divina (Mt 28: 19), huma kienu konvinti li l-knisja, il-moviment il-gdid, ma setghetx tigi ristretta fl-erba’ hitan ta’ Gerusalemm. Ghaldaqstant, dan il-moviment ghal Ruma, li dak iz-zmien kienet ic-centru tal-poter, wera d-determinazzjoni tal-knisja li tikkonfronta l-imperu u tisfida l-istrutturi tat-tgeddis, id-dominanza u l-egocentricita’.
Bhall-poplu ta’ l-Atti ta’ l-Appostli, ir-relazzjoni taghna mal-Gnus Maghquda tindika f’termini sodi, li ahna ma nistghux nenfazizzaw l-identita’ taghna ma’ l-istruttura ta’ l-ewwel komunita’ Nisranija minghajr ma niddentifikaw il-movimenti taghna ma’ Ruma, fejn l-imperu hu konfrontat ma’ din l-istruttura. F’din ir-relazzjoni, l-Agostinjani fuq naha wahda, jisfidaw uhud mill-elementi ta’ l-imperu fis-sistema tal-Gnus Maqghuda u min-naha l-ohra, jisfidaw l-istrutturi ingusti tal-poter fid-dinja u jikkoperaw mal-Gnus Maqghuda fil-missjoni shiha li ggib is-saltna t’Alla fid-dinja.
Minn perspettiva ohra, id-diversita’ u n-novita’ li d-dinja moderna qieghda tesperjenza bl-introduzzjoni tat-teknologija u x-xjenza, ggib maghha sfidi komplessi li bil-fors iridu jigu ndirizzati minn organu internazzjonali. Dan kollu, bi bzonn, tat il-bidu tal-Gnus Maqghuda. Il-knisja wkoll qieghda taffacja dawn l-isfidi komplessi u moderni. Bil-hrug tad-dinja moderna, l-ambjent tal-knisja nqaleb mill-Kristjanita’ (dinja Nisranija) ghal knisja Diaspora (kkaraterizzata minn theddid kontinwi minn barra, mehtiega f’din l-ezistenza f’pluralizmu ta’ kulturi kompettivi, perspettivi mondjali u pretenzjonijiet veri). B’dan ic-caqliq, il-knisja tilfet il-poter biex tikkontrolla, li darba kellha fl-era tal-Kristjanita’. Madanakollu, il-knisja hija msejha sabiex tibqa’ effettiva fir-rispons taghha lejn l-isfida taz-zmien jew inkellha titlef ir-rilevanza taghha. Teologikament, fl-ezistenza prezenti taghha, il-knisja hija msejha biex tkun f’relazzjoni ma’ agenziji adatti biex tirrispondi ghall-problemi u l-isfidi taz-zmien modern.
Ejjew niehdu per ezempju l-kwistjoni tax-xoghol, li skond il-Papa Gwanni Pawlu II, hija c-centru tal-gustizzja socjali. Sabiex tirrispondi effettivament ghall-kwistjoni tax-xoghol, il-knisja tiddependi fuq organizzazzjonijiet bhall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xoghol (International Labour Organisation) ghal informazzjoni u rapporti aggornati fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol u tal-haddiema, rigward l-esplojtazzjoni, kondizzjonijiet hziena tax-xoghol, nuqqas ta’ dinjita’ personali etc. Jekk ma jkolliex relazzjoni ma’ organu bhal dan, tkun difficli hafna ghaliha sabiex tirrispondi ghal dawn il-kwistjonijet kif suppost. Din bl-ebda mod ma twaqqa’ ir-rwol importanti ta’ l-esperjenza, praxis. Din ir-relazzjoni, frott ta’ kollaborazzjoni riflettiva tista’ tistimula tigdid spiritwali fi hdan il-Knisja. Per ezempju, relazzjoni bhal din tisfida radikalment kull att ta’ dominanza u kontroll fil-knisja li tista’ tfixkel ir-relazzjoni personali jew djalogu.
L-Ordni Agostinjan vis-à-vis il-Gnus Maqghuda
L-ezistenza taghna bhala Ordni hija bl-istess mod definita bl-istess fenominu, jigifieri li ma nistghux nitilqu din ir-relazzjoni, jekk ahna ser nilhqu l-milja tad-dimenzjonijiet socjali tal-hajja religjuza taghna. L-ewwelnett, bhala komunita’ religjuza li tibbaza l-attivita’ taghha b’mod specjali lejn is-servizz tal-knisja universali, ahna marbutin, kwazi b’mod obbligatorju, li nkunu prezenti fejn tinsab il-Knisja. It-tieninett, ir-regoli ta’ l-Ordni bl-istess mod jirrikjedu li ahna niddentifikaw ma’ l-istess sforzi globali biex jigu solvuti l-kwistjonijiet globali li z-zmien taghna qieghed jipprezentalna.
Hija fil-linja ta’ din ir-realta’ li d-dokument ta’ Dublin ta’ l-1974 (il-kapitlu generali intermedjarju ta’ l-Ordni sar f’Dublin, Irlanda fl-1974), beda jirrifletti fuq id-dimensjonijiet socjo-politici tan-natura u l-missjoni tal-hajja taghna religjuza bhala Agostinjani. F’kapitlu IV, 83, id-dokument jghid: “Ahna ma nistghu qatt nitilfu t-triq li fiha sejra d-dinja, lanqas ma nistghu nsiru spettaturi, ghax ahna nesperjenzaw fil-persuna taghna, it-taghmiet u l-ansjetajiet li jappartjenu lill-umanita’.” Barra minn hekk, id-dokument fuq il-fraternitajiet lacji Agostinjani, On the Way with St. Augustine (Fit-triq flimkien ma’ Santu Wistin), jfakkarna li “l-kamp ta’ l-ispiritwalita’ ma jestendiex biss ghar-realtijiet, assocjati ma’ Alla, izda jersaq ukoll lejn dak kollu li hu uman”.
F’April ta’ 1997, l-Ordni ghamel pass kuragguz u nobbli lejn is-solidarjeta’ irreducibbli globali u giet registrata bhala organizzazzjoni non-governattiva (NGO) b’rapprezentanza permanenti fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni Pubblika (DPI) fil-Gnus Maqghuda. Fil-Gnus Maqghuda, l-Agostinjani huma iddentifikati ma’ tlett prijoritajiet, li huma l-edukazzjoni, l-izvilupp socjali u d-drittijiet umani. Ir-rapprezentanti taghna jattendu ghall-funzjonijiet tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni Pubblika u ta’ l-organizzazzjoni non-governattivi bhal konferenzi, diskussjonijiet fi gruppi u gbir ta’ taghrif gewwa u barra l-kwartieri tal-Gnus Maqghuda. Huma imbaghad jghaddu din l-informazzjoni lill-Ordni, permezz tal-Kummissjoni Gustizzja u Paci.
L-organizzazzjonijiet non-governattivi huma alleati specjali tal-Gnus Maqghuda f’kull livell ta’ hidma taghha. Huma jahdmu mal-Gnus Maqghuda sabiex iqanqlu l-opinjoni pubblika; huma jiehdu sehem fil-process ta’ riflessjoni u formulazzjoni tal-pjanijiet u hafna drabi jiehdu irwol ewlieni fl-ezekuzzjoni tal-pjanijiet. Per ezempju, fid-disa’ u hamsin konferenza tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni Pubblika ma’ l-organizzazzjoni non-governattivi li saret f’Settembru 2006, fil-kwartieri tal-Gnus Maqghuda, New York, Mr. Kofi Annan, li aktar tard sar is-Segretarju Generali tal-Gnus Maqghuda, emmen b’mod konvincenti u stqarr li ma hemmx mod kif il-Miri tal-Millennju ghall-Izvilupp (Millennium Development Goals) ser jigu miksuba minghajr kollaborazzjoni determinattiva u dedikazzjoni mill-organizzazzjonijiet non-governattivi. B’qalbu sewda, stqarr li minkejja li kien fadal inqas minn tmien snin sabiex dawn l-ghanijiet jigu milhuqa, l-ebda wahda minn dawn il-miri ma kienu bic-cans li jintlahqu. Ghaldaqstant, il-konferenza sejhet lill-organizzazzjonijiet non-governattivi, socjetajiet civili u gvernijiet ghal shubija akbar u effettiva sabiex tassigura ruhha li dawn il-Miri tal-Millennju ghall-Izvilupp, is-sigurta umana u l-izvilupp sostenibbli, jintlahqu u jintlahqu fil-hin. Ghaldaqstant, l-organizzazzjonijiet non-governattivi qeghdin iservu r-rwol li jaqdu u jiddiskutu f’din ir-relazzjoni. Dawn huma l-mezzi biex ir-rieda tajba tal-Gnus Maqghuda tkun maghrufa minn kulhadd u fl-istess hin huma l-vuci ta’ min ma ghandux vuci sabiex iressqu l-interessi genwini tal-batut lejn il-Gnus Maqghuda.
Minn mindu dahal f’relazzjoni mal-Gnus Maqghuda, l-Ordni dahal fi shab ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi ohra bhal Pax Christi, Pax Romana, UNESCO u organi religjuzi ohra assocjati mal-Gnus Maqghuda sabiex jippromwovu l-pjanijiet tal-Gnus Maqghuda. Seba’ avvenimenti tal-Gnus Maqghuda gew imdahhlin fil-kalendarju liturgiku ta’ l-Ordni. Barra minn hekk, hemm hafna aktar programmi u progetti bbazati fuq il-pjanijiet tal-Gnus Maqghuda, fformulati u esegwiti mill-Ordni, bhall-programm tal-Hunger Awareness (gharfien tal-guh fid-dinja) u l-progett tal-gublew fil-Baba Dogo, Kenya ghall-bzonnijiet tal-pazjenti ta’ l-HIV/AIDS. Hemm hafna aktar affarijiet li gew milhuqa permezz ta’ ghaqdiet tal-gustizzja u paci f’provincji diversi ta’ l-Ordni.
Konkluzjoni
Madanakollu, l-enormita’ u l-komplessita’ tas-sofferenzi tal-llum jitolbu li irid isir sforz akbar biex jolqot is-sorsi li jikkawzaw u jxerrdu l-hazen li jishet l-umanita’ u l-kreazzjoni. Irid isir caqliq komplet tal-mudell. Ahna mdorrijin li naghmlu ghemejjel ta’ hniena u naghtu l-karita’, li minnhom infushom ma humiex barra minn posthom. Imma, bhalma jghid Santu Wistin: “int taghti hobz lil persuna bil-guh; imma ikun ahjar li kieku hadd ma jkun bil-guh u b’hekk int ma taghtiha lil hadd. Int tlibbes lil xi hadd gheri. Li kieku kulhadd ikollu x’jilbes, il-bzonn ma jezistix.” L-Assocjazzjoni li tghaqqad il-programmi ta’ l-iskejjel (Association of Schools Program Network), programm edukattiv tal-UNESCO, ibbazat fuq il-kultura ta’ paci, li fiha ahna l-Agostinjani qeghdin nikkommettu rwiehna profondament, temmen u tghallem li biex twaqqaf gwerra hija tajba izda ikun ahjar jekk tbeghda. Din hija l-qawwa ta’ l-involviment Agostinjan fil-Gnus Maqghuda: li tiehu sehem fid-decizjonijiet, sabiex tbieghed aktar milli tikkura l-hafna pesti li jaffetwaw l-umanita’, li ahna naqdu. Sfortunatament, l-pozizzjoni prezenti taghna fil-Gnus Maqghuda ma tantx thallina nikkontribwixxu wisq. Hi toffrilna biss responsibilitajiet u opportunitajiet limitati. Ahna nkunu nistghu naghmlu kontribuzzjonijiet sinifikattivi li jaffetwaw d-decizjonijiet meta jkollna stat konsultattiv billi nitilghu fl-istadju li jmiss, affiljazzjoni mal-Kummissjoni Ekonomika u Socjali (ECOSOC). Sabiex nitilghu din it-targa, hemm bzonn id-decizjoni u d-determinazzjoni ta’ kulhadd.
Ghaldaqstant, bhal Agostinjani, il-poplu fl-Atti ta’ l-Appostli, ahna msejhin biex nikkommettu rwiehna, b’kull mod li jigi msejjah lilna, ghad-decizjonijiet u l-programmi ta’ l-Ordni sabiex nirrealizzaw dan it-tieni aspett ta’ l-ewwel komunita’ ta’ dawk li jemmnu, li fuqhom ahna nibnu l-karizma taghna. Irrid nkunu maghqudin b’qalb wahda u b’mohh wiehed ghall-missjoni tal-knisja li weghna li nobdu. Ahna irridu nippartecipaw u nibdew gruppi attivi fil-komunitajiet u fil-vicinanzi taghna, bi shab flimkien ma’ dawk li jghinuna f’xogholna ghall-kawza ta’ paci, gustizzja u zvilupp ta’ l-umanita’.

|