Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Hidma Pastorali
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Hidma Pastorali

WOW Xperience

Matul is-sena, hafna huma dawk il-gruppi individwali jew klassijiet minn skejjel diversi li jippartecipaw fil-WOW Xperience. Din l-attivita', li ilha ssir minn 2004, tikkonsisti f'mumenti ta’ skiet, talb u riflessjoni fil-Kappella tal-Millennju u laqghat fil-bini tal-WOW. Hafna miz-zghazagh li jigu biex jaghmlu din l-esperjenza ta' nofs ta’ nhar, tkun l-ewwel darba ghalihom li jidhlu fil-kappella u allura ikun kollox gdid ghalihom. Ghaldaqstant, l-WOW Xperience tibda bl-ispjega ta' hafna simboli ta’ kuluri u struttura li fiha l-kappella, kif ukoll ghalfejn il-kappella hija msejha bhala “pit-stop” u oasi ta’ paci. Wara li l-istudenti zghazagh jaghmlu ftit hin fil-kappella u jghidu talba zghira, imorru f’wahda mis-swali sbieh tal-WOW. Hemmhekk jaraw films u powerpoints u jiehdu sehem fi djalogu ma’ Fr. Hiliary Tagliaferro OSA jew xi hadd iehor li jkun mistieden fuq suggetti varji bhal “kemm hi sabiha l-hajja”, self-esteem, drittijiet tal-bniedem u suggetti ohra li jghinu lit-tfal jikbru fir-ruh, fil-mohh u fil-gisem. Isiru jafu min kienu personalitajiet kbar fid-dinja li hallew hajjithom ghat-twemmin taghhom u kienu ta’ servizz ghal umanita’ bhal Gandhi, Martin Luther King, Mother Teresa u ohrajn. Wara li l-istudenti jaghmlu nofs siegha brejk fejn jistghu jilaghbu il-billjard, tablesoccer u table tennis, jisimghu l-esperjenzi personali ta’ zghazagh ohra li meta kienu daqshom ma tawx kaz l-iskola jew dak li kienu jghidulhom il-genituri u l-ghalliema taghhom u spiccaw fil-vizzju tax-xorb u d-droga jew il-habs u kissru hajjithom u tal-familja taghhom. Hafna minnhom lahqu gabu l-ulied fid-dinja ukoll u allura r-responsabbilta’ hija akbar. Dawn ikunu ghadhom kemm temmew programm ta’ rijabilitazzjoni u mimlija entusjazmu biex jirrangaw hajjithom jitkellmu b’certu konvinzjoni u passjoni li tmiss il-qalb taz-zghazagh studenti li jisimghuhom.

Il-WOW Xperience tintemm ghal habta tan-nofs siegha, u qabel jitilqu l-istudenti jiffirmaw fjura li fiha jikkomettu ruhhom li xi haga minn dawk li raw jew hassew fin-nofs ta’ nhar li ghamlu maghna se jippruvaw jaghmluh. Dawn huma xi kummenti minn uhud minnhom:
• “Meta konna fil-kappella hassejtni l-genna! Qatt ma hassejtni daqshekk vicin Alla”!
• “Bomba! Ghall-ewwel ma ridtx nigi imma jekk jerga jkun hemm cans l-ewwel wiehed li ninkiteb.”
• “Qatt ma hsibt il-hsara li taghmel id-droga u x-xorb. Irrid noqghod attent hafna!”
• “Irrid naghmel xi haga b’hajti ghax se nitkisser!”

 

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible