|
Provincja ta' San Mark
Prezenza Agostinjana f'Hal Tarxien
Il-bini konfinant ma’ erba’ toroq f’Hal Tarxien, qabel ma gie f’idejn il-Provincja Agostinjana, kien iservi biex fih jinghata taghlim siewi ghaz-zghazagh. Dak kien il-ghan li ghalih hadem hafna l-fundatur tieghu Dun Gwann Mamo, qassis habrieki minn Bormla. Dun Gwann nefaq gidu kollu biex jibni istitut fejn iz-zghazagh ta’ dawk l-inhawi jitghallmu xi sengha li setghet tkun ta’ gid ghall-gejjieni taghhom. Ried ukoll li z-zghazagh tieghu ma jitilqux id-dmirijiet taghhom religjuzi. Ghalhekk ma’ l-istitut, Dun Gwann fis-sena 1910 bena kappella ckejkna semi-pubblika u ddedikaha lil San Lwigi, protettur taz-zghazagh. Ghal xi raguni, wara hidma bla waqfien matul 23 sena, l-awtoritajiet tal-knisja deherilhom li l-istitut ma baqghax aktar adattat ghall-ghan li ghalih kien twaqqaf u fis-sena 1933 l-opra ta’ Dun Gwann kellha tieqaf. Mis-sena 1935, wara li nghalqet l-iskola tal-lokal, bi ftehim ma’ Dun Gwann, l-Istitut ghadda f’idejn il-Gvern ta’ Malta u beda jservi bhala skola elementari.
Ftit granet qabel ma miet, Dun Gwann wera x-xewqa tieghu lill-Provincjal Patri Lawrenz Agius OSA li jghaddi l-istitut lill-Provincja biex possibilment tkompli l-missjoni li beda hu. Din it-talba giet accettata. Hekk kif il-propjeta’ giet imhollija f’idejn il-Provincja, fit-18 ta’ Frar 1936, il-Provincjal informa b’dan lill-Arcisqof Mons. Mawru Caruana u fl-istess hin talbu l-fakulta’ biex jiftah kappella ghall-gid spiritwali tan-nies fil-qrib, flimkien ma’ dar religjuza. Bl-approvazzjoni ta’ l-Arcisqof f’idejh, il-Provincjal f’Marzu 1936 kiteb lill-Gvernatur ta’ Malta biex jigi mehlus mill-ligi tal-manumorta u lill-Kurja Generalizja ta’ Ruma biex tiftah kanonikament id-dar
religjuza. Dawn iz-zewg talbiet gew approvati. Madanakollu, ghalkemm il-permessi kollha mehtiega biex tinfetah id-dar kienu kollha waslu, il-bini baqa’ f’idejn il-Gvern bhala skola elementari. Bejn Settembru 1939 u 1945, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Oratorju S. Lwigi beda jservi bhala centru ta’ l-Air Raid Precaution u wara li spiccat, inbidel fi skola sekondarja tal-Gvern ghall-bniet bl-isem ta’ St. Theresa Secondary School. Parti minn din l-iskola giet mibdula f’kappella pubblika u ftit kmamar ghall-patrijiet ghal xi zmien. Fl-1 ta’ Frar 1948 giet imbierka l-kappella gdida, ddedikata lil San Nikola minn Tolentino. F’Ottubru 1953, il-Gvern ta c-cwievet ta’ l-iskola sekondarja sabiex b’hekk setghu jsiru pjani ghall-hidma bla waqfien f’Hal Tarxien.
Hekk kif spiccat it-Tieni Gwerra Dinjija u l-kunvent tal-Belt beda jinhass li kien zghir wisq ghall-htigijiet godda tal-kullegg sekondarju, malli l-bini kollu f’Hal Tarxien gie f’idejn il-Provincja Agostinjana, il-Provincjal Patri Pawl Spiteri beda jahseb biex jittrasferixxi il-Kullegg ghal Hal Tarxien. Ghal dan il-ghan, haseb biex jaghmel it-tiswijiet u tibdil mehtieg fil-bini biex kemm jista’ jkun malajr, jinfetah kullegg gdid. L-istess Provincjal ta bidu wkoll ghall-kunvent gdid fejn joqghodu l-patrijiet kemm dawk li jghallmu fil-kullegg kif ukoll dawk li kellhom jiehdu hsieb il-kappella. Ghalkemm il-bini tal-kunvent kien ghadu ma tlestiex ghal kollox (beda f’Marzu 1954 u ntemm f’Lulju 1955), fil-bidu ta’ Ottubru 1954, l-istudenti tal-kullegg gew trasferiti mill-Belt ghal Hal Tarxien. F’Mejju 1955, fil-Kapitlu Provincjali giet mistharrga l-hidma ghall-vokazzjonijiet godda fil-provincja taghna. Kien miftiehem li jinfetah mill-gdid l-edukandat ghal dawk iz-zghazagh li kienu jhossu l-hajra li jhaddnu l-istat religjuz Agostinjan. F’dawk il-laqghat, kien deciz li l-edukandat il-gdid ikun gewwa Hal Tarxien qrib il-kullegg fejn iz-zghazagh ikunu jistghu jkomplu l-istudji taghhom. Il-hajja ta’ l-edukandat f’Hal Tarxien dam sitt snin. F’perjodu ta’ tnax-il sena, minn 1954 sa 1966, in-numru ta’ l-istudenti tant kiber li regghet inhasset il-htiega li jinsab spazju akbar. Fil-fatt, fit-18 ta’ April 1966, il-Kullegg Santu Wistin rega’ kien trasferit ghal tal-Pieta’.
Sentejn wara li l-Kullegg gie transferit f’Hal Tarxien, Patri Gulju Bonnici OSA ried jigbor iz-zghazagh li kienu jiggerrew mat-toroq ta’ Rahal il-Gdid u Hal Tarxien u xtaq jaghtihom programm gdid mibni fuq tlett pernijiet – religjuz, edukattiv u rikrejattiv, li jmissu liz-zghazugh kollu kemm hu – ruh, qalb u gisem. Gie maghzul motto specjali ta’ Patri Guze Delia SJ Pie ac Laete – tjubija u ferh – li kellu jigbor fih il-programm kollu li ghalih twaqqaf l-Oratorju. L-ewwel laqghat fl-“Oratorju Agostinjan” saru f’Mejju 1956 u kien jigbor fih zewg sezzjonijiet ta’ zghazagh – minn 8 snin sas-16-il sena u ohra minn 16-il sena ‘l fuqu. Il-bidu ufficjali sar fil-kappella ta’ San Nikola fit-8 ta’ Lulju 1956. Matul is-snin, l-Oratorju baqa’ jaqdi l-ghan li ghalih twaqqaf, bin-numru taz-zghazagh dejjem jikber. Maz-zmien kien mehtieg lokal aktar spazjuz, tant li l-komunita’ Agostinjana tat aktar kmamar ghal dak li kien mehtieg. It-tbierek tal-post il-gdid sar fl-24 ta’ Gunju 1962.
Il-kappella ta’ San Nikola, ghalkemm zghira, baqghet taqdi l-htigijiet spiritwali tan-nies ta’ madwarha ghal hafna snin. Ix-xoghol fuq il-bini ta’ sala kbira taht l-art, kien ilu li beda tliet snin u issa kien kollox imhejji biex jibda l-bini ta’ knisja gdida fuq is-sala li kienet tlestiet. Din kellha tkun knisja akbar u fuq stil semplici. Fit-23 ta’ April 1967 saret ic-cerimonja tat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla mill-Provincjal Patri Ugolin Gatt OSA, filwaqt li fit-18 ta’ April 1970, tbierket il-knisja l-gdida u saret koncelebrazzjoni. L-Arcisqof Mons. Michael Gonzi kkonsagra din il-Knisja fl-10 ta’ Mejju 1975. Il-knisja regghet giet renovata fl-2005, fic-centinarju ta’ San Nikola ta’ Tolentino.
Billi fis-sena 1966, il-kullegg kien trasferit ghall-post akbar f’tal-Pieta’, il-kmamar li kienu jintuzaw bhala klassijiet, kienu mitluqin u xi ftit traskurati. Is-superjuri ta’ dak iz-zmien, bdew ihossu l-bzonn li jsir xi haga biex il-lokal ma jibqax traskurat u fl-istess hin iservi ghal xi hidma ohra tal-provincja b’risq is-socjeta’ Maltija. Ghal dan il-ghan, ttiehdet decizjoni li dan jigi kkonvertit f’youth hostel li jkollu madwar 50 sodda. Il-youth hostel dam jilqa’ nies fih sakemm il-provincja hasbet fi progett akbar u ta’ siwi ahjar ghas-socjeta’ fis-sena 1983. Parti mill-youth hostel giet ceduta biex tkun id-dar ta’ dawk iz-zghazagh li johorgu mill-istituti u mir-riformatorji u ma kellhomx dar fejn imorru. Il-post, immexxi mill-membri tal-Legjun ta’ Marija, kellu jkun simili bhad-dar ta’ Fatima House f’tas-Sliema, ghalkemm kellha tkun ghall-guvintur biss. Izda billi l-post bhal dan kien jinhtieg persuna jew aktar li setghu jiddedikaw il-hidma taghhom matul il-gurnata kollha, ma nstabux il-persuni li kienu mixtieqa u hekk dan il-progett, miet qabel ma twieled. Ftit wara, inhadet bicca minnu biex fih tilqa’ zghazagh bla dar. Ghalkemm il-youth hostel kien qieghed jilhaq il-ghan li ghalih twaqqaf, il-patrijiet migburin f’Kapitlu Provincjali f’Gunju 1982 dehrilhom li l-post seta’ jintuza ghal xi haga ahjar. B’decizjoni tal-Kunsill tal-Provincja fit-12 ta’ Lulju 1983, kien stabbilit li l-youth hostel u l-parti li kienet mahsuba biex titmexxa mill-membri tal-Legion of Mary tinghata f’idejn is-sorijiet Ursolini ghall-uzu taghhom u bhala dar ghat-tfal b’titlu ta’ commodatum. Minn dak il-jum sal-llum, is-sorijiet ghadhom jaqdu dik il-missjoni qaddisa fost it-tfal zghar b’imhabba kbira nisranija.
Illum, il-kunvent ta’ Hal Tarxien nistghu nghidu li hu fost l-aktar imdawwar b’attivita’ u hidma pastorali. Hawnhekk l-patrijiet Agostinjani joffru s-servizz taghhom mhux biss permezz tal-quddies u l-qrar, izda wkoll permezz ta’ diversi laqghat vokazzjonali u ghaqdiet li jmexxu. Fil-fatt, fl-2006 beda x-xoghol biex jinbena c-centru ghall-vokazzjonijiet Agostinjani u dan illum gie mghammar bi ground tat-turf, b’computers ta’ l-ahhar mudell, playstations u loghob iehor. F’din il-komunita’ tigi kkordinata l-hidma kollha tal-vokazzjonijiet li tigbor fiha laqghat formattivi u rikreattivi ghal tfal u zghazagh ta’ kull eta’. F’dan il-kunvent isir anke t-taghlim tad-Duttrina ghat-tfal bi thejjija ghall-Ewwel Tqarbina kif ukoll ghall-Grizma ta’ l-Isqof. Numru kbir ta’ tfal u zghazagh jiltaqghu spiss sabiex ihejju l-animazzjoni tal-quddies kollu li jsir kull nhar ta’ Hadd filghodu, filwaqt li numru iehor ta’ tfal jaghtu s-servizz taghhom bhala abbatini.

|