Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Introduzzjoni

F’nofs is-seklu 18, ir-religjuzi f’Malta bdew ihossu l-bzonn li jisseparaw rwiehhom mill-provincji taghhom ta’ Sqallija. Il-Papa Benedittu XIV, li gie influwenzat hafna minn dan il-ferment, hareg Bulla favur is-separazzjoni tal-provincji, minghajr ma nforma lir-Re Karlu ta’ Borbone, li kellu lil Sqallija taht il-hakma tieghu. Minhabba f’hekk, inqala’ inkwiet kbir bejniethom, tant li hames snin wara, il-pubblikazzjoni ta’ dik il-Bulla, giet irtirata mill-istess Papa. Izda l-kwistjoni ma waqfietx hemm. Diversi l-patrijiet hassew li dan kien indhil zejjed min-naha tar-Re fl-amministrazzjoni interna ta’ l-Ordni taghhom u ghalhekk baqghu isusu ma’ Ruma biex jinfirdu darba ghal dejjem mill-Provincji taghhom ta’ Sqallija. Il-patrijiet Agostinjani Maltin ma baqghux lura. Minkejja li ghaddew kwazi 30 sena mid-decizjoni tar-Re Karlu kontra s-separazzjoni tal-provincji religjuzi Maltin minn dawk ta’ Sqallija, fit-30 ta’ Marzu 1790, il-General ta’ l-Ordni Fra Stiefnu Agostino Bellesini fired il-kunventi ta’ l-Agostinjani f’Malta minn dawk ta’ Sqallija u ddikjara ‘l Malta bhala Provincja gdida fi hdan l-Ordni Agostinjan. Madanakollu, minhabba li l-firda kienet ghada qawwija, il-Kapitlu Provincjali tal-Provincja l-gdida ta’ Malta, li kellu jigi ccelebrat f’nofs is-sena ta’ wara, gie sospiz u ttrasferit ghal zmien iehor. Fis-27 ta’ Ottubru 1791, b’digriet mill-Gran Mastru Emanuel de Rohan, il-provincja gdida ta’ Malta giet xolta u l-kunventi Agostinjani fil-Gzejjer Maltin kellhom jergghu jinghaqdu mill-gdid ma’ dawk ta’ Sqallija. Barra minn hekk, fuq ordni ta’ l-istess Gran Mastru u wara insistenza mal-Provincjal ta’ Sqallija, id-dar tan-novizzjat, li kienet qieghda tilqa’ fiha zghazagh li riedu jhaddnu l-Ordni Agostinjan, kellha tinghalaq. Ghalkemm ir-raguni mhix maghrufa, jista’ jkun li l-Gran Mastru haseb li d-dar tan-novizzjat setghet tohloq xi dritt biex diversi djar religjuzi jinghaqdu fi provincja separata.

Madanakollu, ir-religjuzi Agostinjani ma qatghux qalbhom. Fl-1800, il-gzejjer ta’ Malta kienu tqeghdu taht il-protezzjoni tal-Gvern Irjali Ingliz. Din ix-xewqa li l-kunventi fil-Gzejjer Maltin ikunu indipendenti saret realta’ wara li l-Isqof Mons. Vincenzo Labini ittratta dan is-suggett fil-laqghat li kellu ma’ l-Awtoritajiet Inglizi. Ghaldaqstant gie mahtur Patri Gaetano Cauchi bhala Vigarju Generali tal-Provincja Agostinjana Maltija. Izda minhabba li xi uhud mir-religjuzi, kemm Agostinjani kif ukoll minn ordnijiet ohra, ma tantx kienu kuntenti b’dawn l-arrangamenti, inholoq konflitt bejn il-Gvern Ingliz u l-Isqof ta’ Malta. Ghal darb’ohra, wara biss ghaxar xhur mifrudin u wara hafna storbju u ittri, il-kunventi regghu tpoggew taht il-gurisdizzjoni tal-Provincjal ta’ Sqallija, li fid-29 ta’ Lulju 1802 ghazel lil Patri Giovanni M. Seychel bhala Vigarju tieghu.

Kien fit-30 ta’ Mejju 1814, meta wara hafna laqghat u diskussjonijiet dwar min kellu jmexxi lill-Gzejjer Maltin, Franza u l-Awstrija lahqu ftehim bejniethom u l-Gzejjer Maltin waqghu taht l-awtorita’ u s-sovranita’ tal-Majesta’ Taghha Brittanika. Tlett snin wara, il-patrijiet f’Malta talbu lill-Papa biex Malta issir Provincja awtonoma u separata minn dik ta’ Sqallija. Din it-talba giet accettata fl-14 ta’ Settembru 1817 u b’hekk il-kunventi Agostinjani gew iddikjarati bhala provincja separata, taht il-protezzjoni ta’ San Mark Evangelista. Patri Fortunato A. Vella gie mahtur bhala l-Provincjal sakemm kellu jsir il-Kapitlu Provincjali fis-sena 1820. Minn dakinhar sa llum, il-Provincja Agostinjana Maltija kompliet tikber, tissahhah u taqdi l-poplu t’Alla fil-htigijiet spiritwali taghhom.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible