Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Ippona, Algerija

Hadd ma jista’ jghid li t-theddid tat-terrorizmu sparixxa kompletament minn dan il-pajjiz. Madankollu, s-sitwazzjoni fl-Algerija ma ghadhiex dik li kienet tiddomina xi sena qabel. L-affarijiet qeghdin jinbidlu u n-nies qeghdin jirrezistu mhux biss d-dettati tal-fundamentalisti, imma wkoll l-ideja li wiehed hu maghluq f’getto religjuz u kulturali. Pajjizi barranin ma ghadhomx iqisu l-Algerija bhala pajjiz mimli riskju kbir, wiehed li ghandu jigi evitat ghal kollox. Minn Novembru tas-sena 1997, diversi kummissjonijiet u delegazzjonijiet zaru l-pajjiz biex jfahhru l-kooperazzjoni ekonomika u l-investimenti. L-Algerija hija determinata li ssostni suq ekonomiku. Ghandha bzonn investimenti internazzjonali sabiex taffronta l-problemi reali li ghandha: qghad, edukazzjoni, ristrutturar ta’ l-industriji, sistema gdida ta’ l-agrikoltura… Raprezentattivi barranin donnhom qeghdin jifhmu l-vera bzonnijiet ta’ l-Algerija u tan-nies taggha. Kemm huma, kif ukoll dawk fil-gvern, qeghdin jaghrfu li l-Algerija b’sahhitha, miftuha ghal dawk ta’ barra, rikonciljati maghha nfisha, hija l-aqwa mezz ta’ kif wiehed jista’ jeqred it-terrorizmu u thalli l-Algerija ssib il-post taghha fid-dinja ta’ llum. Hemm hafna sinjali tajbin ta’ rieda politika tajba u li huma lesti li jibnu Algerija qawwija u miftuha, ghalkemm mhux l-ambigwitajiet kollha ghadhom sparixxew. L-prezenza ta’ l-Ordni taghna fl-Algerija hija sinjal konkret ta’ zewg punti principali li ghandhom x’jaqsmu mal-fidi: ghall-Knisja u ghal Missierna Santu Wistin. Kristu jaghmel lilu nnifsu jinhass fid-dinja Islamika bil-prezenza taghna, li saret is-sagrament tas-salvazzjoni. Permezz tal-prezenza taghna, il-Knisja turi s-solidarjeta’ taghha mal-popolazzjoni Algerina b’manjiera tangibbli: Hi tbati bis-sofferenzi u tibki mal-biki. Bil-prezenza taghna, Santu Wistin hu haj f’nofs il-migemgha taghha, mhux biss storikament u l-fdal arkijologiku imma bi spirtu ta’ komunjoni ta’ Agostinjani. Wara l-Kapitlu tal-2002, l-komunita’ Agostinjana t’Ippona hi maghmula minn zewg patrijiet: Patri Pierre Desira OSA u Patri Raphael Abdilla OSA. Flimkien, huma jfittxu li jghixu bhala xhud tal-Knisja u tal-karizma Agostinjana. Ix-xoghol m’huwa qatt skars: animazzjoni, l-aktar liturgika, tal-komunita’ Kristjana zghira, djalogi religjuzi ma’ Islam, specjalment waqt zjajjar li hafna nies jaghmlu lill-Bazilka, tahbit personali fil-kunvent u djalogi kulturali permezz ta’ ricerki fil-kultura Agostinjana u fil-firxa taghha qalb l-Algerini.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible