Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Prezenza Agostinjana f'Jaguapita, Brazil

Wara madwar 40 sena ta’ hidma fil-Parrocca San Guzepp fil-Belt ta’ Jaguapita li tinsab fil-Provincja tal-Paraná, il-Patrijiet Xaveriani hallew din ir-regjun flimkien ma’ xi 6 parrocci ohra ta’ biswitha biex jissodaw il-prezenza tal-Missjoni taghhom fuq naha ohra tal-Brazil. F’dan l-istess zmien, ahna l-Agostinjani Maltin wara 29 sena nahdmu fil-Provincja ta’ Mato Grosso do Sul fil-bliet ta’ Paranaíba, Cassilândia, Aparecida do Taboado u Inocência, li jaghmlu parti mid-Djocesi ta’ Três Lagoas , iddecidejna li inhalluhom u immorru nahdmu fid-Djocesi ta` Londrina fil-Provincja tal-Paraná. Wara xi xhur ta’ hidma fil-Parrocci tal-bliet Rolandia u Pitangueiras, l-Arcisqof talabna biex nibdew niehdu hsieb ukoll din il-Parrocca ta` Jaguapitã fejn fid-9 ta Awwissu ta’ l-1992, Patri John Pace OSA ha l-Pusses bhala Kappillan. Din l-Parrocca giet imwaqqfa fit-28 ta’ Dicembru 1948. Fil-festa tal-Gublew tad-Deheb taghha kellna x-xorti li l-Isqof Auxiljari tad-Djocesi taghna ta’ Londrina, Mons. Vincent Costa mexxa celebrazzjonijiet ta’ din l-okkazzjoni. Bejn il-25 ta’ Jannar u Ottubru ta’ l-1994 , il-Parrocca baqghet minghajr il-prezenza definitiva ta’ qassis, izda Patri Francisku Saverju Mifsud OSA kien imur mill-Parrocca ta’ Rolandia biex iservi hemm. Sadanittant kien hemm seminarista José Bach (illum il-gurnata huwa qassis) u Mons. Victor Groppelli li kienu jghinu wkoll. Fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, il-Provincja baghtet lil Patri Saviour Magro OSA minn Malta biex jissustitwixxi ghal xaghrejn. F’Ottubru ta’ 1994 il-Kapitlu Provincjali hatar lil Patri George Bezzina OSA bhala Kappillan u lil Patri Francisco Saverju Mifsud OSA li diga huwa Kappillan ta’ Pitangueiras, bhala Vici ta’ din il-Parrocca. Bil-prezenza definitiva ta’ dawn iz-zewg patrijiet, bdiet il-komunita Agostinjana f’din il-belt.

Matul dan l-ahhar tnax-il sena nistghu nghidu li l-Agostinjani taw sehemhom sewwa fid-disenvolviment ta’ din il-belt , permezz tal-hidma bla waqfien fil-qasam religjuz, edukativ u socjali. Barra milli komplew l-hidmiet kollha li l-Patrijiet Xaverjani kellhom, l-Agostinjani hadu inizzjativi godda wkoll. Matul dawn it-tnax il-sena bdejna l-M.A.C. li huwa Moviment ghal-Adolexxenti Insara mibdi mill-koppji tal-M.F.C. li hu Moviment tal-Mizzewgin Insara. Waqqafna wkoll l-Moviment ta` Adoraduri ta’ l-Ewkaristija li jiltaqghu ghall-Adorazzjoni darba f’gimgha. Kienet surpriza kbira meta wiehed minna stinka biex iwaqqaf l-ghaqda ghal dawk li ghadhom bzonnijiet speccjali. Dan il-Moviment issa ilu diga jezisti ghal sitt snin u irnexxielu jnissel hafna rispett lejn dawn in-nies u l-familji taghhom. Saru tibdiliet anki fil-bankini, parking specjali , banek, postijiet publici ecc. li qabel kienu affarijiet li hadd ma holom bihom. Kull l-ewwel Tnejn tax-xahar bdejna inqaddsu fic-Cimiterju. Kull l-ewwel Tlieta tax-xahar qed naghmlu Purcissjoni ta’ Penitenza u wara Quddiesa. Daqqa immorru fic-Cemiterju, jew xi kappella tal-belt, quddiem il-habs, dar tax-xjuh , dar tar-rihabilitazzjoni mid-drogi, ecc. Bnejna kappelli u swali ghad-duttrina f’diversi nhawi tal-Parrocca u ghalihom ghazilna ismijiet b’timbru Agostinjan: Santu Wistin, Santa Monika, Santa Rita , il-Madonna tal-Kunsill it-Tajjeb. Bhal issa bdejna il-bini ta’ sala u kappella zghira f’post fejn jghixu madwar 30 familja foqra u whud minnhom huma bi htigijiet specjali u semmejniha San Vincenz ta` Pawlu b’turija ta’ rispett ghall-Moviment tal-Lajci li tant jahdem mal-foqra u imwarbin fil-parrocca taghna. Sewwejna jew xtrajna imwejjed u siggijiet godda ghal diversi minn dawn il-komunitajiet. Krejna dar zghira li qieghda sserviena bhala Komunita u tajniha l-isem ta’ Santa Rita li n-nies tant ihobbu. Haga li rnexxiet hafna hija l-purcissjoni u tberik taz-zwiemel li naghmlu f’Jannar, fil-festa ta’ San Bastjan. Meta bdejniha fil-1999 kellna biss mas-67 zwiemel u hmir kollha mill-belt taghna stess, waqt li issa qed jiehdu sehem aktar minn 500 wiehed li jigu minn xi 26 belt ohra. It-tberik tal-karozzi u trakkijiet li naghmlu f’Lulju ghal festa ta’ San Kristofru saret ukoll wahda li tigbed hafna nies l-aktar minhabba li l-belt taghna tiddependi wisq minn dawk li juzaw it-trasport ghall-hajja ta kuljum. Fil-belt taghna hawn madwar 70 fabriki tal-biljards li jgorruhom ghal kull belt ohra tal-Brazil. Ohrajn jiehdu ix-xoghol taghhom ta’ l-artigjanat maghmul mis-saqajn u l-qrun tal-barrin ghall-bejgh.

L-anzjani ghandhom zewg movimenti wiehed immexxi mis-Sindku u jiltaqghu nhar ta’ Hamis u iehor imwaqqaf minna l-Patrijiet fil-2003. Fl-ahharnett, ghaqqadna wkoll kor. Filwaqt li dak tat-tfal ilu jezisti ghal 25 sena u li fih madwar 70 tfal u adolexxenti, il-kor tal-kbar hu maghmul minn 40 persuna ghal dawn l-ahhar 10 snin.

Fl-inhawi tal-kampanja fil-limiti tal-Parrocca ghandna dawn il-komunitajiet:
Fazenda do Cedro: San Luigi Gonzaga (10 Km)
Fazenda Velha Maragogipe: Kappella San Sebastjan (10 Km)
Fazenda Nova Maragogipe: Kappella Gesu' tal-Mahfra (8 Km)
Fazenda Centenário: Kappella Santa Lucia (17 Km)
Fazenda Água das Pedras: Kappella Sant' Antnin (15 Km)
Fazenda Sant' Antnin: Kappella Sant' Antnin (11 Km)
Fazenda Sant' Antnin (12 Km)
Fazenda Nobre (10 Km)
Fazenda Sovai (8 Km)

Il-komunitajiet li ghandna fil-periferija tal-belt huma:
Kappella tal-Madonna ta' Aparecida
Kappella fid-Dar tas-Sorijiet Frangiskani
Kappella Santu Wistin
Kappella Santa Monika
Kappella Sagrada Familia fid-Dar ta' l-Anzjani
Kappella fid-Dar ta' Maria (post ta' rihabilitazzjoni u ghal dawk bil-virus ta' l-AIDS)
Kappella San Vincent ta' Paulo
Komunita' Santa Rita
Komunidade tal-Madonna tal-Kunsill it-Tajjeb

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible