|
Provincja ta' San Mark
Prezenza Agostinjana f'Paceville
Il-prezenza Agostinjana f’Paceville tmur lura fil-bidu tas-seklu 20, meta l-avukat Giuseppe Pace, li bena l-belt ta’ Paceville, bena knisja zghira b’dar maghha f’qasam art fi Spinola, limiti ta’ San Giljan. Din l-art iddecieda li jghaddiha bi hlas lill-Provincja Agostinjana sabiex ikunu jistghu jaqdu l-htigijiet spiritwali lil kull min kien ser imur joqghod f’dik il-belt gdida. Wara li giet accettata din l-art, il-Provincjal Patri Lawrenz akkwista l-permessi mehtiega mill-awtoritajiet tal-knisja skond il-ligi kanonika u l-awtorizzazzjoni mill-Kurja Generalizja ta’ l-Ordni f’Ruma. Fit-12 ta’ Lulju 1936, il-Provincjal bierek il-knisja, dedikata lill-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, flimkien
mad-dar ta’ magenb il-knisja.
Ghalkemm il-knisja matul it-tletin sena shah qdiet tajjeb hafna l-htigijiet spiritwali tan-nies ta’ Spinola li kibret u nbidlet f’villagg sabih bl-isem ta’ Paceville, kien wasal iz-zmien li tinbena knisja ohra akbar u isbah. Ghal dan il-ghan, il-Provincjal Patri Ugolin Gatt OSA qabbad lis-sur Turu Zammit biex ihejji pjanta ta’ knisja bi stil modern u kunvent bil-htigijiet kollha moderni. L-ewwel gebla tal-knisja gdida tqeghdet fit-18 ta’ Gunju 1967 u tbierket mill-Arcisqof ta’ Malta Mons. Michael Gonzi. Il-kunvent il-gdid gie inawgurat u mbierek mill-Provincjal Patri Albert Borg OSA, nhar il-Hadd 30 ta’ April 1972, fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tal-Bon Kunsill, li kienet qieghda tigi ccelebrata fl-istess knisja ta’ Paceville. It-tberik, l-inawgurazzjoni u l-ftuh tal-knisja l-gdida sar fit-18 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara mill-Assistent Generali Patri Egidju Galea OSA. Il-konsagrazzjoni tal-knisja saret fl-4 ta’ Mejju 1974, festa ta’ Santa Monika, mill-Arcisqof Mons. Michael Gonzi.
L-Agostinjani kienu ilhom ihossu l-bzonn li jidhlu fil-qalba ta’ dan l-appostolat biex jilhqu l-eluf ta’ zghazagh u turisti li jiffrekwentaw Paceville. Fl-1998, il-Komunita’ dahlet biex tiffaccja dan ix-xoghol b’aktar impenn u naghta bidu ghal dan il-progett. Il-Kappella tal-Millennju, mibnija mid-donazzjonijiet tan-nies, giet miftuha fis-sena 2000 u illum hi mmexxija mill-patrijiet Agostinjani, flimkien ma’ grupp kbir ta’ lajci. Dan il-post iservi bhala centru ghar-residenti ta’ Paceville fejn jistghu jqattghu l-hin taghhom mhux biss billi jaghtu servizz fil-kappella imma wkoll billi jorganizzaw diversi attivitajiet formattivi, socjali u rikreattivi. F’dan il-post, il-patrijiet hasbu wkoll biex jilqghu korsijiet u laqghat ta’ gruppi specifici bhal tal-Harm Reduction Unit, tad-droga u tal-Alcoholic Anonymous, u laqghat ta’ gruppi religjuzi bhall-Karismatici, Magnificat Chapter u bosta ohrajn. Jigu offruti wkoll servizzi kemm mill-Caritas kif ukoll mis-Sedqa fi tmiem il-gimgha sabiex jghinu lil dawk in-nies li jfittxu l-ghajnuna tal-patrijiet fid-diversi problemi li jkollhom.
Fit-28 ta’ Awwissu 2004, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, flimkien mal-Provincjal Patri Lucjan Borg OSA, fetah ufficjalment ic-centru tal-WOW, li hi l-id socjali tal-Kappella tal-Millennju. Dan il-post iservi bhala centru tal-komunikazzjoni u ghalhekk insibu fih awditorju li jesa 120 persuna, kmamar ghal-laqghat, counselling rooms, leisure facilities, multi-media facilities u refreshment amenities. Hi tlaqqa’ wkoll lil dawk kollha li jigu jzuru l-kappella u tipprovdi pariri u sapport materjali lil dawk li huma batuti. Din hija l-mod kif il-Kappella tal-Millennju tixtieq tintegra dak spiritwali ma’ dak li hu materjali u kif tindirizza u tahseb ghall-bniedem uman shih, filwaqt li tilhaq lil dawk kollha li qeghdin ifittxu ‘l Alla u l-benesseri taghhom. F’Awwissu 2006, gie stabbilit il-LIFT (Living In Friendship Together), organizzazzjoni zaghzugha li tipprovdi l-opportunita’ ghal hbiberija sinciera lil kull zaghzugh.
Barra l-hidma biex taqdi l-htigijiet spiritwali, umani u socjali taz-zghazagh, residenti u turisti li jkunu fil-post, il-komunita’ ta’ Paceville hija wkoll impenjata sabiex tigi koordinata l-hidma f’Malta b’risq il-missjonijiet Agostinjani. Attwalment, kull sena qieghed jigi ffurmat grupp ta’ zghazagh, mmexxi mir-religjuzi ta’ din il-komunita’, li kull sena jmur jaghmel esperjenza missjunarja fil-Brazil.

|