|
Provincja ta' San Mark
Il-Kullegg Santu Wistin u l-prezenza Agostinjana f'tal-Pieta'
Sa mill-ghazla tieghu ta’ Provincjal, Patri Gejtanu Pace Forno OSA beda jahseb x’jista’ jaghmel ta’ gid u gieh ghall-Provincja u ghall-poplu fqir Malti. Kellu x-xewqa li jiftah skola b’xejn fil-kunvent tal-Belt u fl-istess hin ikun hemm xoghol bizzejjed ghar-religjuzi, barra mix-xoghol pastorali. Din il-proposta giet accettata kemm mill-General Patri Angelucci, kif ukoll mill-Kunsill Provincjali. Fit-23 ta’ Ottubru 1848, l-iskola primarja ta’ Santu Wistin giet miftuha fost il-ferh kbir tal-poplu Malti fqir. L-ghan gholi tal-Provincjal, li kien intelletwali u morali, kien li jimla l-vojt li s-socjeta’ kollha kienet thoss, billi jidhol u jaqbez ghall-fqir u jerfghu mill-mizerja tieghu. Fil-fatt, kien dan l-istess Provincjal li ntghazel bhala l-ewwel rettur ta’ l-iskola u din it-tmexxija zammha f’idejh ghal disa’ snin shah sakemm fl-1857, gie msejjah Ruma biex jigi kkonsagrat Isqof. Din l-iskola b’xejn kienet l-ewwel wahda ta’ din l-ghamla fost l-ordnijiet religjuzi rgiel. It-taghlim kien isir il-gimgha kollha barra l-Hadd u l-festi u s-suggetti tat-taghlim kienu jinkludu r-Religjon, Latin, Taljan, Ingliz, Malti bhala mezz ta’ taghlim, Kalligrafija, Gografija, Storja Sagra u Profana, Aritmetika u Principji tad-Disinn. Nhar ta’ Hadd kien isir il-Katekizmu, it-taghlim tal-muzika u kant. Aktar tard, gew imdahhlin l-Kalkulu Mentali, l-Gometrija Prattika u l-Istorja ta’ l-Ingliterra. Barra minn hekk, din l-iskola kienet ferm popolari u importanti minhabba li sa mill-bidum, l-iskola kellha l-ahjar ghalliema u r-retturi, li huma mhejjijin u moghnija bl-akbar edukazzjoni morali u intelletwali. Fil-fatt, fis-sena 1855 insibu li madwar 200 tifel kienu jattendu f’din l-iskola. Zewg attivitajiet importanti, li baqghu jsiru kwazi kull sena sakemm bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, kienu l-ezamijiet u l-premjazzjonijiet.
Tant hu hekk, li fil-15 ta’ Jannar 1941, il-patrijiet ghalqu l-iskola bit-tama li wara l-gwerra jergghu jifthuha u jissukktaw jaghtu t-taghlim li ghalih kienu u ghadhom imfahhrin. Is-sena 1948 kienet is-sena li l-iskola taghlaq mitt sena mit-twaqqif taghha u sa dak inhar, ma kienet tidher l-ebda tama li din l-iskola ser tiftah mill-gdid. Kien ghalhekk li l-Provincjal Patri Wenz Agius haseb biex ifakkar l-okkazzjoni ta’ l-ewwel centinarju ta’ l-iskola u pprofitta ruhu sabiex tinfetah mill-gdid l-iskola ghal dawk it-tfal li aktar ‘l quddiem f’hajjithom jixtiequ jhaddnu l-Ordni Agostinjan jew li jixtiequ jkomplu jistudjaw. Wara li saru t-thejjijiet mehtiega, nhar it-13 ta’ Ottubru 1948 giet iccelebrata
quddiesa u nghatat bidu ta’ l-iskola. Din id-darba, izda ma baqghetx izjed skola elementari imma wahda sekondarja u preparatorja bl-isem ta’ “Kullegg ta’ Santu Wistin’. Biex jaghmel dan, il-Provincjal htieglu li jgholli l-livell ta’ l-iskola u ghal din ir-raguni, zied suggetti ohra ma’ dawk li kien hemm biex ikun jaqbel mal-htigijiet tad-dipartiment ta’ l-Edukazzjoni. Fis-6 ta’ Novembru 1948 fil-knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta, il-Provincja Agostinjana ghamlet festi centinarji biex trodd hajr ‘l Alla ghall-gid li sawwab fuqha u fuq ulied il-poplu li ffrekwentaw l-iskola matul l-ewwel mitt sena mit-twaqqif taghha.
Minhabba li zdiedu l-istudenti f’dan il-kullegg il-gdid, inhass il-bzonn ta’ xi post ikbar u b’aktar facilitajiet, sabiex seta’ jizviluppa t-taghlim u d-dixxiplina. Ghaldaqstant, hekk kif il-Provincjal kellu f’idejh il-post kollu ta’ l-Oratorju S. Lwigi, mill-ewwel haseb biex il-Kullegg ta’ Santu Wistin tal-Belt jigi trasferit f’Hal Tarxien. Dan il-post il-gdid kien mghammar b’hafna kumditajiet, inkluz aktar klassijiet minhabba z-zieda tat-tfal, sala u ground imdaqqas. Fl-ewwel granet ta’ Ottubru 1954, wara li semghu quddiesa u qalu t-talb tal-bidu fil-kappella, 130 tifel bdew il-lezzjonijiet taghhom f’dan il-kullegg il-gdid. L-istess kappella, bejn il-kullegg u l-kunvent, kienet tintuza sabiex issir il-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar u l-ezercizzi tar-Randan. Fuq din il-kappella, giet imhejjija sala ghar-rikreazzjoni u fiha kienu jintwerew films edukattivi u rikrejattivi lit-tfal u kienu jsiru laqghat ghall-genituri meta jigu jiddiskutu l-progress ta’ wliedhom.
Fis-17 ta’ Gunju 1965, deher avviz fit-Times of Malta dwar bejgh ta’ tliet vilel, mezzanin u gnien kbir fl-gholja ta’ Gwardamangia, Pieta’. Hekk kif sar jaf dan, il-Provincjal Patri Ugolin Gatt OSA laqqa’ lill-Kunsill tieghu fit-22 ta’ Gunju u flimkien iddiskutew jekk il-Provincja ghandhiex tipprezenta ruhha biex tikseb din il-propjeta’. Din il-proposta giet accettata mill-Kunsill, mill-Arcisqof Mons. Michael Gonzi u mill-Kurja Arciveskovili. F’Jannar 1966 beda x-xoghol tat-tiswijiet mehtiega fil-vilel fejn kellha tkun l-iskola u fil-mezzanin l-iehor fejn kellhom jghammru l-patrijiet tal-kullegg. Kif it-tiswijiet kienu lesti, giet determinata l-ewwel komunita’, fl-10 ta’ Marzu 1966. Fl-14 ta’ April 1966 waslu d-digrieti tal-General Patri Wistin Trape’ u tas-Sagra Kongregazzjoni tar-Religjuzi u jumejn wara, il-kullegg gie inawgurat b’quddiesa fis-sala tal-kullegg il-gdid. Fit-28 ta’ l-istess xahar giet imwaqqfa kanonikament id-dar religjuza bl-isem ta’ “San Tumas minn Villanova”. Hawn il-kullegg baqa’ miexi fuq l-istess linji bhalma kien f’Hal Tarxien f’dak li hu kors ta’ studji. Bil-hidma tieghu u ta’ l-ghalliema kollha kemm religjuzi kif ukoll sekulari, il-Kullegg kompla zied fil-fama tajba tieghu tant li f’anqas minn sitt snin inhass il-bzonn li mill-gdid jerga’ jikber l-ispazju u jinbnew fih swali mitluba mill-htigijiet moderni. Fl-1 ta’ Ottubru 1973 gie inawgurat il-Kullegg il-gdid tal-Pieta’, fejn ukoll tfakkret l-gheluq il-mitt sena mill-mewt tal-Fundatur ta’ l-iskola Santu Wistin, Mons. Patri Gejtanu Pace Forno OSA, isqof Agostinjan ta’ Malta. Fl-1998, kellu jinbena t-tielet sular fil-Kullegg Santu Wistin sabiex dan il-kullegg seta’ jkompli jaghti edukazzjoni ahjar lill-istudenti kollha li jattendu.
Illum, il-Kullegg Santu Wistin ihares ‘il quddiem b’impenn li jkompli jaqdi l-missjoni edukattiva fdata f’idejh imheggeg minn storja twila u minn staff ta’ ghalliema dedikati. Waqt li taghti edukazzjoni akkademika tajba, l-komunita’ tad-Dar San Tumas ta’ Villanova hija moghtija ghas-servizz fil-Kullegg, bil-ghajnuna anke ta’ xi religjuzi minn komunitajiet ohra, tara li trawwem fit-tfal u z-zghazagh li jiffrekwentaw dan il-kullegg, valuri nsara.

|