|
Provincja ta' San Mark
Prezenza Agostinjana f'postijiet ohra
Prezenza Agostinjana antika fil-Mellieha
Huma diversi l-istorici kemm Maltin kif ukoll barranin li jzommu u jaghtu provi li l-patrijiet Agostinjani kienu jiehdu hsieb id-devozzjoni tal-Madonna hekk imsejha tal-Mellieha sa minn zminijiet bikrin ta’ l-Ordni Agostinjan. Xi whud jghidu wkoll li l-bidu ta’ l-Agostinjani fil-Mellieha seta’ kien fi zmien meta l-Vandali keccew is-segwaci ta’ Santu Wistin mill-Afrika ta’ Fuq u xi whud minnhom gew Malta.
Huwa fi zgur li wara li spiccaw il-bini tal-kunvent tal-Belt Valletta, fl-1584, il-patrijiet Agostinjani hassew il-herqa li jkomplu jkabbru d-devozzjoni lejn il-Madonna li kienet diga’ tinsab fil-qlub generuzi tal-poplu tal-Mellieha. Mill-Assedju tat-Torok fis-sena 1565, is-Santwarju baqa’ ghal hafna snin abbandunat. Ghaldaqstant, wara hafna insistenza mill-patrijiet, fis-27 ta’ Lulju 1584, gie moghti l-permess lill-patrijiet sabiex jiehu f’idejhom il-knisja u jibnu kunvent fejn ikunu jistghu jghixu u jaqdu d-dmirijiet taghhom religjuzi. Madanakollu, mhux kulhadd ha pjacir b’din il-koncessjoni tal-knisja lill-patrijiet Agostinjani ghaliex ghal xi whud, il-permessi moghtija setghu kienu vizzjati. L-ebda prova cara ma tista’ tingib mid-dokumenti li jezistu li f’dan il-perjodu, il-patrijiet bnew xi kunvent gdid jew li rrestawraw xi iehor ezistenti. L-unika referenza ambigwa tissemma fl-Acta Sacrae Visitae fit-8 ta’ Jannar 1596. Jumejn wara, insibu li nghatat ordni li Patri Awrelju Asciak jibqa’ l-vigarju wahdu tas-Santwarju tal-Mellieha. Hu zgur li sas-sena 1600, meta miet Patri Asciak, is-Santwarju kien ghadu taht il-harsien tal-patrijiet Agostinjani. Tajjeb li wiehed ikun jaf li fl-arkivju tal-Kattidral fil-Manuskritt numru 54, instabu l-ismijiet ta’ erba’ patrijiet Agostinjani li kienu jamministraw dak is-Santwarju. Fis-sena 1603, is-Santwarju ghadda f’idejn Dun Bernardo Cassar bhala beneficjat u nominat kappillan u rettur tal-grotta. Minn dakinhar, il-prezenza Agostinjana gewwa l-Mellieha spiccat ghal kollox.
Prezenza Agostinjana antika f'tal-Pieta'
Bejn l-ahhar nofs tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17, il-patrijiet Agostinjani riedu jikkonsolidaw il-prezenza taghhom fil-gzira ta’ Malta barra dik t’Ghawdex. Insibu li fis-sena 1556, il-patrijiet taw bidu ghall-kunvent gdid fir-Rabat wara li kien imgarraf dak ta’ qablu fis-sena 1551. Fis-sena 1571, kien iffirmat il-kuntratt tad-donazzjoni mill-Kavallieri sabiex jinbena kunvent fil-Belt Valletta. Fis-sena 1584, gie mehud mill-gdid is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieha u issa fis-sena 1617 akkwistaw il-knisja tal-Madonna tad-Duluri f’Pieta’. Din il-knisja kienet mibnija fis-sena 1590 fl-istess post fejn kien hemm cimiteru ghall-mejtin bil-pesta. Patri Luca Zinghier, Agostinjan, li kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna u lejn l-erwieh tal-purgatorju, thabat sabiex jiehdu din il-knisja fil-fond tal-port ta’ Marsamxett fil-Pieta’ sabiex l-erwieh midfunin f’dak ic-cimiteru ikunu jistghu jippartecipaw mis-sagrificcju tal-quddies li kien ser jitqaddes mill-patrijiet. Fis-sena 1617, irnexxielu jakkwista din il-knisja bil-permess li jkun jista’ jibni kunvent ckejken ghall-patrijiet. Madanakollu, fil-bidu tas-seklu 17, minhabba l-Bulla Instaurandae li l-Papa Innocenzu X kien hareg biex l-osservanza religjuza tkun aktar imharsa, il-kunvent Agostinjan f’tal-Pieta’ kif ukoll dak f’Ghawdex, gie maghluq u nghata f’idejn l-Isqof ta’ Malta. Il-ftit gid li kellu dan il-kunvent kif tordna l-Bulla msemmija kien imqassam lill-monasteri tas-Sorijiet ta’ Santa Katerina u ta’ Santa Marija Maddalena fil-Belt u lis-sorijiet ta’ Santa Skolastika. Hekk spiccat il-prezenza Agostinjana fil-kunvent qadim dedikat lill-Madonna tal-Pieta’.

|