Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Prezenza Agostinjana fir-Rabat

Ghalkemm mhux kulhadd jaqbel meta l-patrijiet taghna bnew il-kunvent u l-knisja bl-isem ta’ Santu Wistin barra l-bibien ta’ l-Imdina, hu zgur li fis-sena 1460 dawn kienu diga’ jezistu. Xi uhud izommu li dan il-kunvent kien mibni fis-sena 1383 u kien qieghed kwazi fin-nofs bejn l-istess kunvent li jezisti llum u l-Imdina.

F’Lulju 1551, l-armata Torka ta’ madwar 140 gifen tal-gwerra nizlet fil-port ta’ Marsamxett u bla telf ta’ zmien gibdet lejn ir-Rabat. Il-Kavallieri li kienu ghadhom ma bnew l-ebda difiza fil-gzira, wara li tkeccew minn Rodi u waslu Malta fl-1530, marru jinhbew gewwa l-Kastell ta’ Sant’Anglu. Il-Maltin, meta raw li ma kien hemm hadd li seta’ jiddefendihom sewwa kontra l-qawwa tat-Torok, ingabru wara l-hitan ta’ l-Imdina bil-hsieb li minn hemm ikunu jistghu jiddefendu ruhhom. Izda meta dawn irrejalizzaw il-periklu kbir ta’ l-armata Torka li kienet tiela’ lejn l-Imdina u li setghet tiehu l-kunvent ta’ Santu Wistin u jserviha bhala bazi ghall-attakk taghha kontra l-belt, il-poplu b’rabja hareg mill-Imdina u qered ghal kollox il-kunvent u l-knisja ta’ l-Agostinjani. Il-hwejjeg tal-knisja u tas-sagristija (inkluzi oggetti tad-deheb u l-fidda), kif ukoll dawk tal-kunvent (hwejjeg tal-patrijiet, il-librerija, id-depoztu u l-arkivju) intilfu. F’kelma wahda, il-patrijiet tilfu kollox sahansitra l-gebel u l-injam tal-kunvent u tal-knisja. B’dan il-mod, il-patrijiet sfaw minghajr provi dwar hafna mill-artijiet u kapitali ta’ flus li kienu taghhom. Il-qerda tal-kunvent kienet tfisser ukoll li kienu sfaw bla dar, minghajr post fejn jghammru u jghixu l-hajja religjuza u komunitarja minhabba li dan il-kunvent kien l-uniku wiehed li dak iz-zmien, l-Agostinjani kellhom f’Malta (dak t’Ghawdex kien zghir hafna u ma kienx addattat biex jilqa’ fih ukoll il-patrijiet ta’ Malta, barra l-fatt li kien maqtugh minn Malta). Ghalhekk, il-patrijiet ma kellhomx post fejn jghixu u kienu mgeghla jiggerrew ‘l hawn u ‘l hemm ghand il-familji jew hbieb benefatturi taghhom. Wara li huma ghamlu talba lill-Gran Mastru Claude de La Sengle biex jaghtihom anke ghal zmien determinat, post fejn ikunu jistghu jkomplu jghixu l-hajja fil-komunita’, huma akkwistaw l-Isptar ta’ Santu Spirtu, fir-Rabat. Wara li dawn irrangawh kif setghu, bla telf ta’ zmien ingabru fih. L-Agostinjani damu jghixu f’dan l-isptar madwar sitt snin sakemm akkwistaw minghand l-Isqof Domenico Cubelles il-kappella ta’ San Mark Evangelista fl-1555 fuq is-Saqqajja, bi ftit kmamar u kuriduri mitluqa u mkissra. Din il-kappella hija ezatt fejn illum hemm il-kappella ta’ l-Ispirtu s-Santu tal-knisja ta’ San Mark. Wara li akkwistaw il-permessi kollha mehtiega, il-bini tal-knisja l-gdida beda fit-13 ta’ Awwissu 1556, fuq id-disinn ta’ l-arkitett Malti Glormu Cassar u l-ewwel gebla tal-knisja tqieghdet fl-istess sena. Il-bini tal-knisja tlesta fis-sena 1588. Minn zminijiet bikrija, dan il-kunvent kien meqjus bhala wiehed tajjeb u adattat biex jilqa’ fih zghazagh li riedu jhaddnu l-Ordni Agostinjan. Kien il-post tan-novizzjat u ghal dawk iz-zghazagh li kienu qeghdin ihejju ruhhom ghall-professjoni. Dan gie konfermat fl-14 ta’ Jannar 1639, wara xi dubji li nqalghu mill-istess patrijiet dwar jekk dan il-kunvent ghandux ikun id-dar tan-novizzjat.

Wara ftit inqas minn mitejn sena prezenza fit-tieni kunvent fuq is-Saqqajja, inhass il-bzonn li l-parti l-kbira mill-kunvent kellha tigi mibnija mill-gdid minhabba li kienet garbet hafna hsara. Ghaldaqstant, fil-kapitlu li sar fil-15 ta’ Marzu 1739, il-patrijiet kollha qablu li jibnu kunvent gdid – it-tielet wiehed fuq is-Saqqajja. Wara hafna konsultazzjonijiet, gie rakkomandatat il-pjanta maghmula mill-perit Andrea Belli specjalment minhabba li d-disinn ghandu qisien tajbin hafna filwaqt li jsalva hafna mill-pjanta l-qadima. Il-pirjol Patri Debono ha hsieb jakkwista l-permessi mehtiega minghand il-Gran Mastru Ramon Despuig biex ihott u jibni mill-gdid il-kunvent. Ix-xoghol beda fis-26 ta’ Awwissu 1740 filwaqt li l-ewwel gebla tqeghdet fil-5 ta’ Ottubru. Ix-xoghol tal-bini f’dan il-perjodu dam aktar biex tlesta minhabba diversi kwistjonijiet li kienu qeghdin jinqalaw, kemm min-naha tal-Gran Mastru, f’isem l-erba’ Kummissarji tal-Gwerra, kif ukoll mill-imghallem principali Gakbu Azzopardi u mill-girien. Madankollu, fl-ahharnett, bil-ghajnuna tal-Kurja Generalizja Agostinjana f’Ruma, rnexxilhom jirbhu kull ostaklu.

Mal-wasla u l-okkupazzjoni tal-Francizi fil-Gzejjer Maltin, bdew jinghataw diversi ordnijiet u johorgu digrieti, fosthom li l-ordnijiet religjuzi f'Malta ma setghax ikollhom aktar minn kunvent wiehed. Fil-fatt, lil kull ordni religjuz hallewlu biss dak il-kunvent li l-aktar kien fqir bil-hsieb li jkollhom aktar x'jahtfu mill-kunventi maghluqa. B'xorti hazina, il-patrijiet Agostinjani thallewlhom biss il-kunvent ta' Ghawdex li dak iz-zmien ma tantx kien f'kundizzjoni sabiha. Dan il-kunvent, kif ukoll tak tal-Belt ghaddew f'idejn il-Francizi b'kulma kien fihom. Minhabba li r-religjuzi kollha tar-Rabat u tal-Belt ma setghux jingabru fil-kunvent ta' Ghawdex, il-maggoranza marru joqghodu mal-familji taghhom. Il-knisja u l-kunvent kienu moghtija lura lill-patrijiet fl-24 ta' Dicembru 1798. Hekk kif rritornaw lura, il-patrijiet Agostinjani regghu bdew isebbhu lil dan it-tempju kien li gie mnezza' minn kull fidda u deheb, filwaqt li kompla ghaddej ir-restawr tal-postijiet.

F’kapitlu konventwali ta’ l-1 ta’ Mejju 1854, kienet accettata l-proposta li jigi rinovat il-kor ghall-patrijiet. Dan ix-xoghol li nghata lill-mastrudaxxa Guzeppi Galea, kellu jitlesa sa April 1856. Ftit zmien wara, l-istess mastrudaxxa ghamel ukoll il-faccata tal-kor u l-legiju fin-nofs tal-kor. Fis-16 ta’ Mejju 1893, il-komunita’ accettat mill-gdid il-proposta prezentata dwar disinn ghall-prospettiva gdida fil-kor tal-knisja. Dan id-disinn kien maghmul mill-artista Giovanni Galdes u approvat mill-perit Galizia. Id-disinn tal-progett li ghadu jezisti sal-llum ghalkemm b’xi modifikazzjonijiet zghar maghmula mill-istess perit, kien jikkonsisti filli jitnehha wiehed miz-zewg kwadri titulari – dak ta’ Santu Wistin tal-Mattia Preti u jitpogga fis-sagristija. Il-kwadru ta’ San Mark Evangelista tal-pittur Girolamo Muziano, li kien ma’ genbu u li ghalih il-Knisja kienet iddedikata, thalla fejn kien u kellu jitqieghed f’livell gholi bizzejjed biex tahtu titqieghed statwa ta’ rham ta’ Santu Wistin. Skond l-istess proposta accettata mill-patrijiet, ix-xoghol kollu kellu jsir minn Lorenzo Sapiano. Sena wara, saret l-imsemmija statwa ta’ rham mill-artista Pawlu Triscornia u tqeghdet f’postha f’Lulju 1894. L-Artal Maggur tal-knisja kien ikkonsagrat mill-Isqof Gaetanu Pace Forno OSA fid-9 ta’ Ottubru 1869 u mill-Isqof Giovanni M. Camilleri OSA fis-26 ta’ Gunju 1906.

Izda l-kunvent ta’ San Mark ma serviex biss biex il-patrijiet Agostinjani jghixu l-hajja komunitarja taghhom, kif mitluba fir-Regula ta’ Santu Wistin. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, ir-Rabat kien l-aktar post imfittex minn dawk kollha li xtaqu jfittxu kenn mill-bombi tal-qawwa Germaniza. Biex l-edukazzjoni ma tigix affetwata, il-Gvern haseb biex isib postijiet biex juzahom bhala skola. F’Ottubru 1940, il-kuriduri t’isfel tal-kunvent bdew jintuzaw bhala skola tas-subien. Fil-21 ta’ Jannar 1941, minhabba li aktar bombi bdew jitwaddbu u aktar nies bdew jitilqu mill-Isla u l-Birgu, ntalab sabiex jitnehhew it-tfal ta’ l-iskola u minflok jidhlu 300 refugjat ragel. Din it-talba giet accettata ukoll. Madanakollu, minhabba li l-qawwa ta’ l-ajru Germaniza bdiet tattakka lil Malta kollha, ir-refugjati fil-kunvent ta’ San Mark gharrfu l-perikli li kienu jinsabu fih jekk ir-Rabat jigi attakkat u bil-ftit il-ftit, kulhadd dabbar rasu. Il-kunvent ghalhekk gie mibdul fi store kbir li gabar fih l-ghamara ta’ hafna mir-refugjati li kienet waqghetilhom id-dar. Sa Gunju 1942, il-kunvent ta’ l-Agostinjani fir-Rabat kien ghadu ma ntlaqatx bil-kbir bhal dak tal-Belt, ghalkemm sofra xi hsarat zghar, fi ksur ta’ hgieg u twieqi. Nhar il-festa tal-Qalb ta’ Gesu’, fit-12 ta’ Gunju 1942 grat l-akbar disgrazzja. Fl-Air Raid ta’ 9.45pm, intefghet bomba qawwija u laqtet u kissret ghal kollox id-dar ta’ quddiem it-tieqa kbira tar-refetorju, fi Triq il-Kbira. Il-gebel ta’ dik id-dar milquta u xi bcejjec tal-bomba taru ghal fuq in-naha tar-refetorju u ghamlu hsara kbira kemm lir-refetorju kif ukoll lill-professorju li jigi fuqu. B’xorti t-tajba, il-patrijiet kienu spiccaw jieklu kwarta qabel mis-soltu u ghalhekk kienu lahqu nizlu ghall-kenn. Madankollu, dak inhar, wiehed mill-istudenti, li kien marid, tilef hajtu minhabba li ma kellux il-forza bizzejjed biex jinzel jistkenn.

Wara l-gwerra, il-kunvent tar-Rabat kompla jaqdi l-ministeru tieghu biex jaghti formazzjoni lil dawk iz-zghazagh li xtaqu li jhaddnu l-Ordni Agostinjan, kif ukoll biex jaghti servizz pastorali lin-nies li jiffrekwentaw lill-Knisja ta’ San Mark. Illum, barra li tinghata formazzjoni umanistika, spiritwali u pastorali f’dan il-kunvent, l-istudenti jsegwu wkoll studju akkademiku jew vokazzjonali skond iz-zmien tal-formazzjoni li jkunu qeghdin jghixu. Il-komunita’ ta’ dan il-kunvent, maghmula minn patrijiet u studenti, hija miftuha wkoll biex tilqa’ zghazagh li jixtiequ jaraw aktar mill-qrib il-hajja Agostinjana, waqt li tghinhom jiskopru dak li l-Mulej irid minnhom fil-hajja taghhom.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible