Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Prezenza Agostinjana f'Rolandia, Brazil

Parrocca San Pietru Appostlu u l-Madonna ta' Fatima gewwa Rolandia

Il-Parrocca San Pietru Appostlu u l-Madonna ta' Fatima, li hija mmexxija mill-Patrijiet Agostinjani Maltin giet imwaqqfa bhala Parrocca fis-6 ta' Ottubru 1991. L-ewwel kappillan taghha kien il-mibki Dun Angelo Mattenzzo li kien qassis Taljan. Kien bniedem habrieki hafna u ghamel hafna gid. Sfortunatament dan il-qassis dam sena biss bhala kappillan ghaliex miet wara marda qasira. Fl-istess zmien tal-marda tieghu, l-patrijiet Agostinjani wrew ix-xewqa li jahdmu fl-istat tal-Paranà. Wara li saru tahdidiet bejn l-Arcisqof Dom Albano Cavallin u l-Provincjal Patri Adeodato Schembri, gie mahtur Patri Rikkardu Attard bhala kappillan tal-Parrocca fit-2 ta' Ottubru 1992. Fi zmienu, gie mibni c-Centru Komunitarju tal-Parrocca. Wara 6 snin ta' hidma bla waqfien bhala kappillan gewwa Rolandia, Patri Rikkardu Attard gie mibghut fil-kunvent taghna li hemm gewwa Katanja mill-Kapitlu Provincjali fis-sena 1998. Wara Patri Rikkardu sar Kapillan tal-Parrocca Patri Pawl Formosa li ha l-pussess fis-17 ta' Jannar 1999. Wara biss ftit xhur mill-wasla tieghu gewwa Rolandia, Patri Pawl flimkien ma' Patri Raphael Abdilla taw bidu ghall-progett tal-bini ta' knisja gdida peress li ta' qabel kienet zghira ghall-popolazzjoni li kienet dejjem tikber. F'qasir zmien, twaqqghet il-knisja l-antika u fi zmien sentejn inbniet knisja moderna li tigbor fiha madwar 1200 ruh.

Ix-xoghol fil-Parrocca u tal-Parrocca

Attwalment, il-Parrocca taghna fiha madwar 25,000 ruh. Hija Parroca li qieghda tikber kuljum ghaliex madwarha hemm hafna spazju u ghalhekk hemm hafna djar li qed jinbnew. Fil-Parrocca hemm madwar 25 pastorali. Kull Pastorali ghandha xoghol partikolari taghha. Per ezempju fil-Pastorali tat-tfal, ssib nisa li jzuru familji bit-tfal bi problemi ta' sahha u fizici. Dawn in-nisa jghallmu lill-ommijiet kif jiehdu hsieb it-tfal u d-djar taghhom. Jghallmuhom isajru u jhitu wkoll. Hija pastorali li qed taghmel hafna gid fost familji li ma jafux jedukaw u jiehdu hsieb it-tfal. Bhal din il-pastorali hemm ohrajn. Fosthom hemm dik ta' l-Evangelizazzjoni. Hemm lajci li jaghmlu zjarat fil-familji darba fix-xahar. Hafna nies li kienu hallew il-knisja regghu lura grazzi ghal dawn iz-zjarat minn dawn il-missjunarji. Barra dan ix-xoghol, is-sacerdoti li jahdmu fil-parrocca jzuru l-habsin u darba fix-xahar issir quddiesa fil-habs ghal dawk li jixtiequ jiehdu sehem. Isiru zjarat fid-djar ta' l-anzjani u tal-morda. Barra x-xoghol pastorali fil-Parrocca, hemm ukoll 5 komunitajiet li jinsabu ftit 'l boghod mill-Parrocca u li ahna niehdu hsieb ukoll. F'dawn il-komunitajiet isir quddies, qrar, l-Ewwel Tqarbina, taghlim tad-Duttrina u attivitajiet ohra. Bhalissa qed tigi rrangata wahda mill-kappelli perss li tinsab fi stat hazin hafna. Hdejn kappella ohra qed tinbena sala kbira biex fiha jistghu jsiru attivitajiet parrokkjali u xoghol pastorali. Bhalissa fil-Parrocca taghna hemm 'l fuq minn 1200 tifel u tifla ghad-Duttrina u izjed minn 50 katekista. Issa qed jinhass il-bzonn li jinbnew erbat iswali ohra halli nkunu nistghu nkomplu din il-hidma fost it-tfal. Fil-Parrocca ninsabu tlett sacerdoti u wiehed ghandu ghaliex jirringrazzja 'l Alla ghax-xoghol li qed isir u ghall-impenn li juru b'risq din il-parrocca li l-Provincja fdatilna f'idejna.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible