Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Prezenza Agostinjana f'San Giljan

Fl-1923, is-Sinjura Nikolina Pons wriet ix-xewqa lill-Provincjal ta’ dak iz-zmien, Patri Giovanni M. Genovese sabiex fuq ix-xewqa ta’ zijuha, li kien patri Agostinjan (izda li kien miet), tghin lill-bdiewa billi tibni knisja zghira u taghti d-dar taghha biex isservi ta’ kunvent ghal tnejn jew tliet religjuzi halli jqaddsu quddiesa kuljum u jaghtu l-ghajnuna mehtiega lill-fidili. Wara li giet accettata mill-Kunsill tal-Provincja, mill-General ta’ l-Ordni u mill-Arcisqof ta’ Malta, il-perit Guzeppi Cachia Caruana, mqabbad mill-Provincjal, hejja l-pjanta tal-kunvent minghajr il-knisja. L-ewwel gebla tbierket u tqieghdet nhar il-11 ta’ Settembru 1927. Madanakollu, minhabba l-mezzi finanzjarji, gie deciz li jinbena biss l-ewwel sular u mhux zewg sulari, kif kien imnizzel fil-pjanta. B’dan il-progett, thallew barra kmamar biex jintuzaw bhala oratorju pubbliku. Fl-24 ta’ Mejju 1928, l-Provincjal Patri Wistin Cascun bierek solennement l-oratorju pubbliku, dedikat lil Santa Rita. Ezatt xahar wara, sar it-tberik tal-kunvent.

Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-kunvent u l-knisja ta’ Santa Rita kienu f’qaghda mweghra hafna. Nhar is-27 ta’ April 1941, ghall-habta ta’ wara 5pm, wahda mill-bombi tal-qawwa Germaniza laqtet u garfet il-qalba tal-kunvent u tal-knisja. Mill-kappella kien baqa’ biss il-hajt fejn kien hemm is-Sagrament bla minsus. Ghaldaqstant, il-patrijiet ghamlu mill-ahjar li setghu sabiex jirrangaw fejn joqghodu ghax ma riedux ihallu l-knisja u l-kunvent wahedhom u bdew juzaw il-kamra ta’ wara l-kappella bhala kappella provizorja. Il-patrijiet Agostinjani baqghu jghixu f’dik il-qaghda b’hafna sagrificci sal-11 ta’ Novembru 1944, meta tlesta l-bini ta’ l-oratorju fuq il-pjanta tal-perit E. England Sant Fournier. It-tberik ta’ l-oratorju sar hmistax-il gurnata wara. Fl-istess zmien li kien qieghed jinbena l-Oratorju, il-komunita’ thabtet biex tikseb is-setgha mill-Gvern halli tibni l-kunvent u wara hafna talbiet, hareg parti mill-permess tal-bini fis-7 ta’ Novembru 1944. Ix-xoghol tkompla sentejn wara. Fil-11 ta’ Gunju 1950, l-artal ta’ l-irham gie ikkonsagrat mill-Arcisqof Michael Gonzi u hmistax wara saru festi kbar cinkwantinarji tal-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita. F’dan iz-zmien ukoll, il-kunvent serva wkoll bhala dar ta’ formazzjoni filwaqt li fil-Kapitlu Provincjali ta’ l-1974, il-kunvent ta’ Santa Rita gie maghzul bhala Dar tal-Formazzjoni Permanenti ghaz-zghazagh li jhaddnu l-Ordni Agostinjan.

Illum, il-Patrijiet Agostinjani li jghixu f’dan il-kunvent ta’ Santa Rita huma nvoluti f’hidma pastorali kemm fi hdan l-istess kunvent, kif ukoll fuq barra biex jghinu fil-hidma tal-Parrocca ta’ San Giljan. Fost l-attivitajiet li jigu organizzati, insibu laqghat immexxija mill-istess patrijiet dwar il-Kelma t’Alla, il-grupp Gustizzja u Paci li llum infirex anke f’Paceville, laqghat ghan-nisa u anke tal-Legjun ta’ Marija. Ma tonqosx ukoll il-hidma mat-tfal, fejn isir it-taghlim tad-Duttrina bi thejjija ghall-Ewwel Tqarbina kif ukoll ghas-sagrament tal-Grizma ta’ l-Isqof.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible