|
Provincja ta' San Mark
Prezenza Agostinjana fil-Belt Valletta
Il-prezenza Agostinjana fil-Belt Valletta tmur lura fi zmien ta’ wara l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565, meta l-Gran Mastru Jean de la Valette iddecieda li jsahhah il-Gholja ta’ Sciberras u jibni fuqha belt gdida f’kaz li t-Torok jergghu jattakkaw lil Malta. L-ewwel gebla ta’ din il-belt il-gdida, imsemmija ghalih – Valletta, tqieghdet fit-28 ta’ Marzu 1566. F’dik l-okkazzjoni, l-Agostinjan Taljan minn Vicenza, Patri Spirito Angosciola, ghamel id-diskors inawgurali li baqa’ msemmi. Sfortunatament, il-Gran Mastru La Valette miet f’Awwissu 1568 minghajr ma lahaq ra l-belt tieghu lesta. Warajh, lahaq it-Taljan Pietro del Monte li mill-ewwel haseb li jkompli l-pjanti mibdija minn dak ta’ qablu. Biex aktar ihajjar in-nies titla’ tghix fil-belt il-gdida, Del Monte beda jqassam xi artijiet lill-ordnijiet religjuzi halli jibnu huma wkoll il-knejjes taghhom. Il-patrijiet Agostinjani tar-Rabat, talbu u qalghu bicca art fil-kwartier numru 43, li kienet tmiss ma’ erba’ toroq – Strada Del Monte (illum Triq San Gwann), Strada San Giovanni (illum Triq l-Ifran), Strada Pia (illum Triq Melita) u Strada San Sebastiano (illum Triq Zekka). Il-kuntratt gie iffirmat fl-10 ta’ Mejju 1571 u immedjatament bdew jinbnew il-knisja u l-kunvent, fuq id-disinn ta’ l-Arkitett Glormu Cassar bit-titular tal-Madonna tas-Sokkors ghalkemm il-kunvent kien igib l-isem ta’ Santu Wistin. Hu hafna probabli li l-ewwel knisja Agostinjana fil-Belt inbniet fil-kantuniera ta’ Strada San Sebastiano u Triq San Mark tal-llum bil-bieb ewlieni fi Strada San Sebastiano. Ix-xoghol tal-bini kellu jitwaqqaf ghal ftit taz-zmien minhabba li ma ntalabx il-permess mehtieg minghand l-Isqof Mons F.D. Martin Royas. Madanakollu, fl-1 ta’ Novembru 1574, Patri Awrelju Axiaq, Pirjol tar-Rabat rega’ akkwista s-setgha li jkun jista’ jkompli x-xoghol tal-bini, permezz ta’ ittra mibghuta lilu mill-istess Isqof.
Wara kwazi mitejn sena minn meta l-patrijiet bdew jaqdu d-dmirijiet pastorali fl-ewwel knisja taghhom fil-Belt Valletta, kemm il-knisja kif ukoll il-kunvent, urgentament bzonn tiswijiet kbar. Minhabba f’hekk il-patrijiet dehrilhom li jkun jaqbel jekk ihottu kollox u jibnu mill-gdid. Biex tinbena knisja gdida, giet maghzula l-kantuniera ta’ Triq l-Ifran ma’ Triq San Gwann, art li kienet qieghda tigi akkwistata mill-patrijiet b’titli ta’ xiri u tpartit. Fis-7 ta’ Jannar 1765 tqieghdet l-ewwel gebla ghall-knisja u l-kunvent gdid. Meta x-xoghol fuq il-bini tal-knisja kien lahaq mexa ‘l quddiem sew, fl-1779 miet l-arkitett Giuseppe Bonnici u x-xoghol tkompla mill-arkitett Antonio Cachia, wara zewg tibdiliet li ghamel. Minhabba nuqqas ta’ fondi li holoq djun kbar u sagrificcji mhux zghar lill-patrijiet, il-bini kollu ma setghax jispicca qabel tletin sena, jigifieri fis-sena 1794, erba’ snin biss qabel l-okkupazzjoni Franciza. Fis-7 ta’ Mejju 1785, il-knisja kienet ufficjalment inawgurata ghalkemm kien ghad fadal disa’ snin biex jitlesta kollox. Mons. Vincenzo Labini, Isqof ta’ Malta bierek il-knisja u ttrasporta s-Sagrament mill-knisja l-qadima ghall-ohra l-gdida.
Mal-wasla u l-okkupazzjoni tal-Francizi fil-Gzejjer Maltin, bdew jinghataw diversi ordnijiet u johorgu digrieti, fosthom li l-ordnijiet religjuzi f'Malta ma setghax ikollhom aktar minn kunvent wiehed. Fil-fatt, lil kull ordni religjuz hallewlu biss dak il-kunvent li l-aktar kien fqir bil-hsieb li jkollhom aktar x'jahtfu mill-kunventi maghluqa. B'xorti hazina, il-patrijiet Agostinjani thallewlhom biss il-kunvent ta' Ghawdex li dak iz-zmien ma tantx kien f'kundizzjoni sabiha. Iz-zewg kunventijiet, tal-Belt u tar-Rabat, ghaddew f'idejn il-Francizi b'kulma kien fihom. Minhabba li r-religjuzi Agostinjani tar-Rabat u tal-Belt ma setghux jingabru fil-kunvent ta' Ghawdex, il-maggoranza marru joqghodu mal-familji taghhom. Il-knisja, jekk mhux ukoll il-kunvent, kienu moghtija lura lill-patrijiet bejn Dicembru 1800 u Jannar 1801. Hekk kif rritornaw lura, il-patrijiet Agostinjani regghu bdew isebbhu lil dan it-tempju wara li gie mnezza' minn kull fidda u deheb, filwaqt li kompla ghaddej ir-restawr tal-postijiet.
Fl-14 ta’ April 1815 gie pproponut li jsiru xi tibdiliet fl-istrutturi tal-kor. Iz-zewg bibien tal-kor gew maghluqa u nfetah bieb wiehed fin-nofs, taht l-istatwa tal-gebel ta’ Santu Wistin, skolpita mill-ahwa Gerolamo u Francesco Fabri, skulturi Maltin mill-Birgu fis-seklu 18. L-Artal Maggur ukoll resaq xi tlieta jew erbghat ixbar ‘l barra. Fl-24 ta’ Awwissu 1834, Mons. Publio Sant ikkonsagra l-Artal Maggur flimkien ma’ dak ta’ San Nikola minn Tolentino filwaqt li l-artal tal-Lunzjata gie kkonsagrat mill-Isqof Agostinjan Mons. Gejtanu Pace Forno fis-26 ta’ Awwissu 1863. Fl-1 ta’ Novembru 1844, gie ipproponut li jinbena kampnar fuq il-pjanta ta’ l-arkitett Luigi Bonavia. Ix-xoghol, li nghata lil Anton Mamo, tlesta f’Mejju tas-sena ta’ wara (il-kampnar tal-lemin u li ma garrab ebda hsara fit-Tieni Gwerra Dinjija kien mibni fl-1912). Hekk kif tlesta dan ix-xoghol u xi restawr fil-faccata tal-knisja, il-Provincjal Gejtu Pace Forno ircieva minghand il-General ta’ l-Ordni biex jaghmel Edukandarju ghal dawk iz-zghazagh li xtaqu jhaddnu l-Ordni Agostinjan. Il-Provincjal wera x-xewqa li jaghmel dan l-edukandat fil-kunvent tal-Belt u ghaldaqstant, inbena sular iehor, taht it-tmexxija tal-perit Antonio Ruggieri, li tlesta fis-7 ta’ Lulju 1848. Fit-22 ta’ Marzu 1871, l-Isqof Mons. Gejtanu Pace Forno kkonsagra l-artali tac-Cintura, ta’ San Gwann minn Sahagún u tal-Madonna tas-Sokkors. Ftit zmien wara, saru zewg kwadri kbar fil-kor, li huma xoghol tal-pittur Ruman, Domenico Bruschi. Wiehed jirraprezenta l-Maghmudija ta’ Santu Wistin (mpitter fl-1875) filwaqt li l-iehor jirraprezenta lil Santu Wistin jippriedka (mpitter fl-1879). Fl-1 ta’ Lulju 1906, l-Isqof t’Ghawdex, Mons. Giovanni M. Camilleri OSA ikkonsagra solennement il-knisja u mill-gdid l-Artal maggur.
Mal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-kannierja tal-Knisja bdiet isservi bhala kenn ghal hafna nies, li kienu jorqdu wkoll gewwa fiha. Fl-20 ta’ Mejju 1941, il-kunvent ta’ l-Agostinjani fil-belt Valletta ntlaqat bil-bombi ta’ l-ajru u garrab hsarat kbar, specjalment il-kantuniera ta’ Triq Zekka u Triq San Mark, fejn kien u ghadu r-refetorju (din kienet l-istess kantuniera fejn kienet l-ewwel knisja taghna). Ftit anqas minn sena wara, fl-4 ta’ April 1942, f’attakk iehor mill-ajru giet milquta l-knisja fil-kantuniera ta’ Triq l-Ifran ma’ Triq San Gwann. Dik il-kantuniera tal-kampnar il-qadim u parti kbira mill-kappella tal-Qalb ta’ Gesu’ spiccaw ghal kollox. Ghaldaqstant,
il-patrijiet kollha ngabru fil-kunventi tar-Rabat u ta’ Ghawdex, hlief xi tnejn jew tlieta biex qaghdu jghassu dak li kien baqa’ mill-knisja u l-kunvent. Malli spiccat il-gwerra, kemm il-knisja kif ukoll il-kunvent, regghu nbnew kif kienu, b’xi tibdil ckejken fil-kunvent. L-artal tal-Qalb ta’ Gesu’ rega’ nbena mill-gdid u gie kkonsagrat mill-Isqof Agostinjan Mons. Agostino Addeo fis-7 ta’ Mejju 1953. Minflok l-istatwa ta’ Santu Wistin li kienet fil-kantuniera li ggarrfet, saret ohra tal-gebel mill-iskultur Marku Montebello. Dik kienet mikxufa u mbierka il-Hadd 3 ta’ Ottubru 1948. Wiehed mill-hafna xogholijiet artistici fil-knisja taghna hu zgur il-pulptu sabieh ta’ rham maghmul fuq id-disinn tal-Kav. Vincenzo Bonello. Il-partijiet ta’ l-iskultura u l-mudelli taghhom saru mill-Professur Carlo Pigi minn Ruma. Dan il-pulptu gie mbierek u nawgurat il-Hamis 15 ta’ Gunju 1950.
L-isbah parti ta’ l-istorja tal-Belt Valletta madanakollu sehhet il-Hadd 21 ta’ Jannar 1968. B’ittra Pastorali ta’ Mons. Arcisqof Michael Gonzi li nqrat fil-knejjes kollha ta’ Malta, thabbar ufficjalment li l-knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta saret Parrocca. Din il-parrocca gdida, li harget minn dik ta’ San Duminku u thaddan kwart mill-popolazzjoni tal-Belt, bdiet thaddem id-drittijiet taghha bhala parrocca fl-1 ta’ Frar 1968. Patri Salv Portelli OSA intaghzel bhala l-ewwel kappillan tal-parrocca l-gdida, li giet inawgurata solennement fl-10 ta’ Marzu 1968. Minn mindu l-knisja saret parrocca, il-komunita’ hasbet biex taghmel statwa ta’ Santu Wistin fuq mudell li hemm fil-kor u fil-fatt, din l-istatwa giet mahduma fi Spanja fuq l-abbozz ta’ l-iskultur Vincenzo Apap u giet imbierka mill-Provincjal Patri Egidju Galea fil-21 ta’ Awwissu 1972. Wara xi snin, l-istess statwa giet imlibsa b’kamzu u stola sbieh li taw xejra isbah lil Santu Wistin, li kien liebes il-kappa u l-mitra fuq it-tonika sewda Agostinjana.
Illum, il-parrocca ghadha taqdi l-missjoni kbira taghha b’mod socjali u spiritwali. Huma hafna dawk li jirriferu ghand il-kappillan jew xi religjuz iehor b’fiducja kbira f’Alla li jista’ jghinhom fid-diffikultajiet li jkollhom. Il-patrijiet Agostinjani f’din il-komunita’ wkoll jghinu fix-xoghol pastorali u l-bzonnijiet spiritwali tal-parrocca billi jaghtu servizz siewi lil dawk li jattendu fil-parrocca kif ukoll lil dawk li huwa impossibli ghalihom li jiccaqalqu mid-dar. Ghalkemm hija parrocca zghira fid-daqs, ahna nistghu nghidu li hija sinjura hafna fin-numru ta’ organizzazzjonijiet li fiha thaddan. Fil-fatt, il-kappillan, il-komunita' tal-patrijiet u l-kunsill pastorali parrokkjali, flimkien ma’ numru kbir ta’ voluntiera jahdmu id f’id sabiex jippreparaw attivitajiet liturgici, formattivi u socjali, ghan-nies ta’ kull eta’.
| Isem tal-Kappillan |
Minn |
Sa |
| Patri Salv Portelli OSA |
1968 |
1970 |
| Patri Ambrose Delia OSA |
1970 |
1982 |
| Patri Manwel Borg Bonello OSA |
1982 |
1990 |
| Patri Frans Calleja OSA |
1990 |
1990 |
| Patri Joseph Farrugia OSA |
1990 |
1998 |
| Patri John Buhagiar OSA |
1998 |
2000 |
| Patri Joseph Farrugia OSA |
2000 |
2002 |
| Patri Francis Saviour Grima OSA |
2002 |
2010 |
| Patri Raymond Francalanza OSA |
2010 |
|

|