Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Provincja ta' San Mark
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Provincja ta' San Mark

Prezenza Agostinjana f'Victoria

Hadd ma jaf ezatt meta bdiet l-ewwel prezenza Agostinjana fil-gzira t’Ghawdex. Hemm min izomm li l-Agostinjani dehru fil-gzira t’Ghawdex minn zmien wara l-persekuzzjoni tal-Vandali fl-Afrika fis-sena 439 wara Kristu. Madankollu, hu aktar zgur u ta’ min joqghod fuqu l-fatt li l-patrijiet Agostinjani qabel ma stabbilew ruhhom fil-Victoria, ga kienu jamministraw knisja ckejkna fir-Ramla fil-limiti tax-Xaghra, dedikata lil Santa Marija tas-Seba’ Ferhat (S. Maria Septem Gaudiorum), illum imsejha “Ta’ Gajdoru”. Hadd ma jaf ezatt meta mir-Ramla, il-patrijiet telghu u bnew kunvent fil-Victoria. Skond dokument fil-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta, fis-sena 1465, in-nobbli Antonio de Naso ghamel offerta biex issir qanpiena fil-knisja ta’ Santu Wistin, Ghawdex. Dan juri bic-car li sa din is-sena, diga’ kienet tezisti knisja bl-isem ta’ Santu Wistin li zgur ma kenitx dik tar-Ramla. Diversi storici Agostinjani antiki wkoll jghidu li fis-sena 1453, il-kunvent kien diga’ msemmi fir-registri ta’ l-Ordni. Francesco Agius de Soldanis fl-opra tieghu manuskritta Gozo Antico e Moderno (1746) jghid li fid-19 ta’ Ottubru 1583, erba’ barbari nizlu Ghawdex minn Bizerta u serqu hafna hwejjeg, flus u kotba. Dan is-serq seta’ tellef lill-patrijiet il-provi cari, jigifieri dokumenti li juru meta kien mibni l-ewwel kunvent ta’ l-Agostinjani fil-Victoria. B’hekk wiehed jista’ jghid li l-ewwel kunvent ta’ Santu Wistin fil-Victoria kien mwaqqaf qabel is-sena 1453. Tajjeb li wiehed ikun jaf li fl-1533, il-kunvent gie mkabbar, filwaqt li l-knisja nghatat xejra gdida.

Fl-ahhar tas-seklu sittax u l-bidu tas-sbatax, fl-Italja bdew ifaqqsu hafna kunventi zghar ta’ diversi ordnijiet religjuzi. In-numru tar-religjuzi li kienu jamministrawhom ma kienux bizzejjed biex ikunu jistghu jlahhqu mal-missjoni pastorali li jitolbu dawn il-knejjes, minghajr ma tbati l-hajja komunitajra bl-osservanza religjuza li jzommha shiha. Din kienet il-kawza li geghlet lill-Papa Innocenzu X sabiex fil-15 ta’ Ottubru 1652, ippubblika l-Bulla Apostolika Instaurandae. Fid-9 ta’ Ottubru 1653, l-kunvent u l-knisja gew merhijin b’kull ma kien jinsab fihom f’idejn l-Isqof, li ghadda l-knisja f’idejn Dun Gulju Cesare Caravaschino sabiex iwettaq l-obbligi kollha marbutin ma’ din il-knisja. It-telfa tal-kunvent u l-knisja damet biss erba’ xhur – minn Ottubru 1653 sa Frar 1654. B’xorti tajba l-Bulla Instaurandae tat il-fakulta’ lill-Kongregazzjoni Rumana li ghal ragunijiet serji u ta’ htiega setghet tezenta lil xi kunvent milli jigi maghluq. Il-kunvent ta’ l-Agostinjani f’Ghawdex rega’ nfetah fuq it-talba tal-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris Castellar. Fl-4 ta’ Gunju 1662, inhass il-htiega li terga’ tinbena l-knisja minhabba l-fatt li dik ezistenti, ghall-qedem taghha kienet thedded li taqa’. Il-bini tal-knisja spicca erba’ snin wara, fis-sena 1666. Madanakollu, l-knisja giet ikkonsagrata solennement mill-Isqof Mons. Labini fit-12 ta’ Mejju 1782. Fl-4 ta’ Frar 1679, ttiehdet decizjoni sabiex jinbena wkoll kampnar gdid minhabba l-hsara li kellu.

Fis-sena 1690, beda x-xoghol sabiex il-kunvent jikber u jigi adattat ghal dawk iz-zminijiet. Minhabba li l-patrijiet ma kellhomx flus bizzejjed biex jibnu l-kunvent shih mill-ewwel, dehrilhom li kien jaqbel li jibdew jibnu partijiet l-aktar mehtiega u dejjem skond kemm ikun hemm flus ghad-dispozizzjoni. It-terremot kbir li laqghat il-Gzejjer Maltin fid-9 ta’ Jannar 1693 ghamilha l-aktar haga urgenti li jinbena l-kunvent gdid mahsub. Il-pjanta shiha tax-xoghol kollu saret wara rakkomandazzjoni tal-Provincjal Patri Prospero Fabiano fil-15 ta’ Mejju 1695. Dan ix-xoghol, mqabbad lill-arkitett Ferdinandu Valletta, tlesta ghal kollox fis-sena 1717. L-istil kien wiehed monastiku, fejn il-kmamar tal-patrijiet kienu jaghtu ghal gnien fin-nofs. Madanakollu, minhabba r-rih u x-xita fix-xitwa u s-shana qawwija tas-sajf, fl-1 ta’ Jannar 1724, naghlqu l-erba’ kuriduri tal-kunvent bi twieqi u hgieg. Sadanittant, ftit zmien qabel, beda x-xoghol tal-kor fil-knisja sabiex ir-religjuzi jkunu jistghu jaqdu d-dmirijiet taghhom. Fl-1 ta’ Awwissu 1721, il-patrijiet laqghu l-offerta ta’ Giacobo Filippo Gauci, li jhallas il-parti tal-lemin tal-kor filwaqt li l-komunita’ thallas l-ispejjez tal-bqija. Ix-xoghol gie mahdum fuq il-pjanta ta’ Tomaso Pulis. Ta’ min jghid li l-isbah opra li tinsab fil-knisja hu l-kwadru kbir titulari li jinsab fil-kor. Dan il-kwadru hu xoghol ta’ l-iskola ta’ Mattia Preti maghmul fis-sena 1694, fejn jirrapprezentata lil Santu Wistin Novae Legis Solomon flimkien ma’ San Gwann Battista u l-Beatu Guliermu t’Aquitania. Ix-xbieha tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb li tinsab f’nofs l-artal maggur ingabet minn Ruma fis-sena 1765 u fid-9 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena, kienet imwassla fil-knisja taghna b’processjoni li harget mill-Kattidral. In-nobbli Giuseppe Dandalona fl-14 ta’ Awwissu 1767 offra li jibni artal maggur bi rham fin u jqieghed il-kwadru tal-Madonna ckejken go fih, kif wiehed jista’ japprezza l-gmiel tieghu llum. Minn dak inhar, l-artal maggur kien dedikat lill-Madonna tal-Parir it-Tajjeb.

Mal-wasla u l-okkupazzjoni tal-Francizi fil-Gzejjer Maltin, bdew jinghataw diversi ordnijiet u johorgu digrieti, fosthom li l-ordnijiet religjuzi f'Malta ma setghax ikollhom aktar minn kunvent wiehed. Fil-fatt, lil kull ordni religjuz hallewlu biss dak il-kunvent li l-aktar kien fqir bil-hsieb li jkollhom aktar x'jahtfu mill-kunventi maghluqa. B'xorti hazina, il-patrijiet Agostinjani thallewlhom biss il-kunvent ta' Ghawdex li dak iz-zmien ma tantx kien f'kundizzjoni sabiha.

Fl-1885 sar it-tkabbir tas-sagristija. Bhala thejjija ghall-festi centinarji ta’ Santu Wistin, f’Dicembru 1929, rega’ nbena l-kampnar u fis-sena 1931 saru xi tibdiliet fil-knisja. Iz-zewg gallariji fuq kull genb tal-kor, li kienu jservu ghall-orgni, gew maghluqa u minflokhom saru zewg kwadri sbieh tal-pittur Briffa, mill-Kalkara. Jirraprezentaw zewg episodji mill-istorja Agostinjana – wiehed, il-Maghmudija ta’ Santu Wistin minn idejn Sant’Ambrog u l-iehor Santu Wistin qieghed jaghti r-Regula tieghu lil diversi ordnijiet religjuzi li riedu jimxu fuq l-ispirtu Agostinjan. L-orgni kien trasferit ghall-gallerija gdida li saret fuq il-bieb ewlieni tal-knisja kif wiehed jista’ jarah illum. Il-kor gie mcekken bi ftit billi tnaqqset sedja minn kull genb. Billi wara dawn il-modifikazzjonijiet, l-artal maggur deher xi ftit zghir, kien mehtieg li jinqala’ bicca bicca u jinbena gdid b’forom akbar.

Fil-31 ta’ Lulju 1932, b’digriet mibghut mill-Kullegg ta’ Santa Monika f’Ruma, il-General Klement Fuhl awtorizza l-ftuh tan-novizzjat gdid fil-kunvent t’Ghawdex wara li tlett xhur qabel, gie stabbilit li n-novizzjat jinfired mill-professorju. Ghaldaqstant, ftit granet wara, beda jinbena sular iehor, li jikkonsisti f’sebat ikmamar arjuzi, sala kbira u kappella ckejkna. Illum, dan il-kunvent gie trasformat f’dar ta’ l-irtiri fejn qieghed jilqa’ lil hafna nies imorru jaghmlu xi jiem ta’ riflessjoni jew live-in. Matul il-zmien, dan il-kunvent gie mghammar bl-aktar facilitajiet moderni u mdawwar bi gnien li jserrah fizikament u spiritwalment lil dawk kollha li jigu jqattghu xi jiem hemmhekk. Barra minn hekk, il-patrijiet Agostinjani wkoll ghadhom jamministraw is-sagramenti f’din il-knisja u jkomplu jaqdu l-ministeru sacerdotali taghhom billi jghinu spiritwalment lin-nies li jikkonkorru fil-knisja Santu Wistin.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible