|
Pubblikazzjonijiet
Rivista Santa Rita
Ir-Rivista Santa Rita, mahruga kull xahrejn mill-Agostinjani f’Maltin, ghaniet fil-prospettivi generali u mmodernizzat il-kontenut taghha. Apparti li qieghda tigi ppublikata b’full colour, ghandha aktar sbuhija fil-grafika u vastita’ enormi ta’ artikli, li jolqtu lil kull eta’ u kull gosti.
Ir-Rivista Kattolika Santa Rita, toffri diversi artikli li jinteressaw il-familja kollha. Dawn l-artikli ghandhom x’jaqsmu ma’ aspetti tal-Bibbja, talb, grajjiet kurrenti u kwistjonijiet, l-ispiritwalita’ ta’ Santu Wistin u Santa Rita, litteratura u vokazzjonijiet. Karatteristika partikolari hija dik miktuba minn Patri Hilary Tagliaferro OSA, fejn jaqsam l-esperjenzi personali tieghu fejn ghandhom x’jaqsmu ma’ nies li qeghdin ifittxu parir. Ahbarijiet u informazzjoni dwar il-Familja Agostinjana madwar id-dinja wkoll jidhru f’din ir-rivista li tohrog kull xahrejn.
Dawk li huma interessati li jabbonaw, u jixtiequ li jircievu kopja bil-posta, ghandhom jikkunttatjaw lil: Patri Franco Grech OSA, Editur – Santa Rita, Kunvent ta' San Nikola minn Tolentino, Triq Lampuka, Tarxien TNX 1141. In-numru tat-telefon huwa: 21828017. Il-prezz ta’ sitta (harga kull xahrejn) huwa ta’ €5.82 (ghal Malta) jew €11.65 (ghal dawk li qeghdin jghixu barra minn Malta).

|