|
Qaddisin Agostinjani
Abilju Gallego Abad
1895 - 1933 AD
Twieled fl-1895 f’Bárcena de Campos (Palencia, Spanja). Il-genituri tieghu barra milli kienu bdiewa kellhom ukoll hanut tal-merca. Meta kellu disa’ snin tilef ‘l ommu li maghha kien kuljum jghid ir-Ruzarju Mqaddes. Ta’ tlettax-il sena dahal fil-kunvent ta’ l-Agostinjani ta’ La Vid biex jispicca l-istudji tieghu umanistici. Spicca n-novizzjat u l-filosofija f’Valladolid u wara rega’ mar La Vid fejn bhala professur kellu l-Beatu Anselmu Polanco. Fl-1915 ghamel il-professjoni solenni u gie ordnat sacerdot fl-1920. Digà bdiet tidher fih hajja spiritwali specjalment Ewkaristika u Marjana. Il-holma tieghu kienet li jmur bhala missjuranju fic-ina fejn seta’ jaghti hajtu ghal Kristu. – shabu kienu jsibuh “el chinito”. Baghtuh biex jevangelizza l-post li xtaq u fi Frar ta’ 1921 wasal kollu hegga fil-Vigarjat ta’ Changteh (Hunan). Fi ftit zmien patri Abilju li ha l-isem ta’ Yang Shen Fu seta’ jibda x-xoghol tieghu apostoliku. Matul it-tlettax-il sena li dam ic-Cina kien jersaq lejn in-nies bhala missier, ghalliem, tabib, habib u minn xi daqqiet bhala perit. Kien bniedem habrieki, intelligenti u ta’ imaginazzjoni qawwija – kien ukoll poeta. Kiteb u tella’ fuq il-palk kummiedji religjuzi li bihom kien isahhar lit-tfal tal-missjoni u b’artikli ta’ informazzjoni rnexxielu jigbed l-attenzjoni tal-qarrejja tal-punent. Mimli dinjità u hajja minghajr frugha kien jissejjah “l-Ewropew il-fqir” izda bla ma qatt nesa’ l-hajja tieghu kontemplativa. L-irjieh tar-rivoluzzjoni li f’dawk l-istess snin bdew jonfhu bla waqfien gew ghal fuqu. F’Anfú huwa ra b’ghajnejh il-missjoni titfarrak u l-istess gara f’Nanshien. F’dawn iz-zewg kazi rnexxielu jsalva. It-titli ta’ l-artikli li kienu jintbatu Spanja fis-snin 1931 u 1932 kienu jaghtu hjiel ta’ dak li kien qed jigri izda kienu wkoll il-kawza ta’ dak li kien se jigrilu - “Il-komunisti ta’ l-ghadira Tungting, Il-Festa mgharrqa fuq xatt l-ghadira, Il-katekista maqtul mill-komunisti”. Fit-22 t’Awwissu 1933 qabad bastiment biex imur jaghmel l-festa ta’ Santu Wistin f’Yochow, fuq in-naha l-ohra ta’ l-ghadira. Il-bastiment gie attakkat mill-banditi – komunisti zbanduti - u patri Abilju ngab l-art mal-katekista Andrea Chang. Mitfugh gharkubbtejh qatluh ma’ siehbu wara li hafer lil dawk li kienu se joqtluh. F’dak il-hin il-martri ta’ Tungting wettaq il-holma tieghu.

|