Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

San Alfons minn Orozco
1500 - 1591 AD

Twieled f’Oropesa (Toledo, Spanja) u ghamel l-ewwel studji f’Talavera u mbaghad serva ta’ seise (tifel tal-kapella muzikali) fil-katidral ta’ Toledo. Hemm studja l-muzika li kienet ghal qalbu hafna. Baghtuh fl-Università ta’ Salamanca u hemm hass il-gibda lejn il-qdusija tal-kunvent ta’ Santu Wistin, dahal ma’ l-Ordni u ghamel il-professjoni fl-1523 f’idejn San Tumas ta’ Villanova. Kellu hafna karigi u ghalkemm kien jghix hajja minghajr frughat huwa kien jikkmanda b’kapacità li tifhem u taghder. Fl-1547 ipprova jmur il-Messiku bhala missjunarju izda tah attakk ta’ l-artrite u ma marx. Fl-1554 meta kien superjur tal-kunvent ta’ Valladolid kien maghzul bhala l-predikatur ta’ l-imperatur Karlu V u wara tar-re Filippu II. Fl-1560 meta l-poter irjali mar Madrid huwa gie stabilit fil-kunvent Agostinjan ta’ dik il-belt u kien maghruf bl-isem ta’ San Filippu r- Reale. Kien populari hafna man-nies mwarrba ghaliex kien jaghmilha ma’ kulhadd minghajr distinzjoni. Hafna nies ta’ poter u ta’ kultura bhalma huma l-kittieba Francisco Gomez de Quevedo (1580-1645) u Lope de Vega (1562-1635) taw ix-xhieda taghhom fil-process ghall-kanonizzazzjoni tieghu. Ghalkemm kien jaghmilha ma’ dawn il-kbarat ma biddilx hajtu ghax il-poplu kien ihobbu billi hu kien imur f’nofshom jghin il-fqar, il-morda u l-habsin fil-bzonnijiet taghhom kollha. Kiteb hafna xoghlijiet kemm bil-Latin kif ukoll bil-Kastiljan u ta’ min isemmi : Vergel de oración y monte de contemplación (1544) , Desposorio espiritual (1551) , Bonum certamen (1562) , Arte de amar a Dios y al próximo (1568) , De La córona de Nuestra Señora (1588) . Il-kitba tieghu bhal ghemilu hargu mill-kontemplazzjoni u mill-qari tal-Bibbja. Billi kien devot ta’ Marija kien konvint li kien qed jikteb b’ordni taghha. Kien ihobb hafna l-Ordni u kien jinteressa ruhu fl-istorja tieghu bil-hsieb li jgieghel il-qarrejja tieghu jimitaw l-ahjar nies ta’ l-Ordni. Bhala predikatur tar-re kellu hafna privileggi izda huwa dejjem warrabhom u kien igib ruhu ta’ patri semplici u jiehu sehem bla waqfien fil-komunità. “El Santo de S. Felipe” miet fl-1591 u l-fdalijiet tieghu qeghdin fil-monasteru ta’ Madrid tas-Sorijiet Agostinjani tal-klawsura li waqqaf hu stess. Gie beatifikat fl-1882 u l-Papa Gwanni Pawlu II ghamlu qaddis fl-2002.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible