Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

San Alipju
355 - 430 AD

Dak li nafu fuq San Alipju nsibuh kwazi kollu fil-kitba tal-habib tieghu Santu Wistin li mieghu ghex iz-zghozija zbaljata, il-konverzjoni u l-hidma ta’ l-apostolat.

Alipju twieled f’Tagaste minn genituri li kienu fost l-izjed maghrufa f’pajjizhom. Kien qsajjar izda bi spirtu qawwi u karattru mimli kuragg. Kellu hbiberija tant kbira ma’ Santu Wistin li ta’ spiss kien issejjahlu “hija ta’ qalbi”. Kien xi sena izghar mill-habib tieghu li bhalma nafu twieled fit-354. Kienu jmorru l-istess skola elementari ta’ pajjizhom u l-iskola tar-retorika f’Kartagni. Mar qablu Ruma fejn beda jistudja l-ligi, izda mar mieghu Milan. F’Ruma kien l-assessur ta’ l-ufficcju statali li kien jiehu hsieb l-ghajnuna tal-foqra fl-Italja u f’dan iz-zmien ftit li xejn kien jaghti ezempji ta’ safa u ta’ nuqqas ta’ egoizmu. Huwa rrezista bil-qawwa kollha senatur li kellu poteri kbar u li ried igaghlu jaghmel xi haga kontra l-ligi izda b’ghageb ta’ kulhadd ma waqax ghat-theddid u ghat-thajjir tieghu. Santu Wistin jikteb hekk: “Ruh ta’ l-ghageb li ma tatx kas tal-hbiberija u l-anqas bezghet mill-ghadwa ta’ bniedem hekk b’sahhtu li kellu l-mezzi kollha biex jaghmel it-tajjeb jew il-hazin”. Kienet il-hbiberija ma’ Santu Wistin li ghal ftit zmien warrbitu mill-passjoni li kellu ghal-loghob tac-cirklu, izda kaxkritu ghall-Manikejizmu.

Alipju ghex mal-habib fit-taqlib li kellhom meta bdew triqithom lura lejn il-fidi u billi kien safi fi drawwietu Wistin ghenu fil-glieda kontra l-passjonijet u tah parir li ma jizzewwigx biex ikun jista’ jghix liberu fl-imhabba lejn l-gherf. Kien ukoll prezenti waqt il-konverzjoni tieghu u ghamel bhalu. Ghalhekk mar mieghu f’Cassiciaco fejn ha parti fid-diskussjoni filosofika u tghammed mieghu fil-25 t’April 387. Sena wara Alipju mar lura fl-Afrika u f’Tagaste ma’ hbiebu nghalaq f’hajja konventwali. Fit-391 mar wara Wistin fil-monasteru t’Ippona. Wara ftit telaq lejn il-Lvant u beda hbiberija ma’ San Glormu. Kien habib ta’ San Pawlinu ta’ Nola li kien jammirah ghall-qdusija u ghaz-zelu.

Gie maghzul isqof ta’ Tagaste meta Santu Wistin kien ghadu qassis. Ghal kwazi 40 sena kien mieghu jsahhah il-knisja Afrikana bit-tigdid tal-kleru. Bhala surmast tal-hajja religjuza kien difensur tal-fidi kontra l-eretici Donatisti u Pelagjani (Santa Melanja z-Zghira ghaddiet seba’ snin f’Tagaste taht id-direzzjoni tieghu).

Fl-411 ha sehem fil-Konferenza ta’ Kartagni u kien wiehed mis-seba’ isqfijiet li kkonfrontaw lid-Donatisti. Fl-418 il-Papa Zozimu baghtu f’Cesarija tal-Mawretanja fuq affarijiet ekklezjastici u ha parti fid-dibattitu li kellu Wistin ma’ Emeritu, isqof Donatista. Hadem b’zelu kbir kontra l-Pelagjani li kienu joboghduh daqs kemm kienu joboghdu lil Wistin izda daqshekk iehor kien imfahhar minn Glormu. Fl-416 ha parti fil-Koncilju ta’ Milevi fin-Numidja u kiteb lill-Papa Innocenzu dwar dal-koncilju. Minhabba l-Pelagjani mar kemm-il darba l-Italja u wassal ix-xoghlijiet ta’ S. Wistin lill-Papa Bonifazju u lill-ufficjal statali Valerju. Fl-428 minn Ruma baghat twegiba ta’ Guljanu lil habibu u nsista li dan jirrispondi. Dan huwa l-ahhar taghrif li ghandna. Nahsbu li kien Ippona waqt il-mewt ta’ Santu Wistin u li huwa miet fl-istess sena 430.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible