|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Andrea minn Montereale
c. 1402/4 - 1479 AD
Twieled f’Mascioni (l-Aquila) minn familja twajba fl-1402 jew fl-1404 u ta’ 14-il sena dahal fil-monasteru ta’ l-Agostinjani ta’ Montereale. Fl-1431 kien student tat-teologija f’Rimini u fis-snin ta’ wara f’Padova u Ferrara u ha l-gradi ta’ lettur u bacellerat. Fl-1438 gie mibghut fl-università ta’ Siena biex jistudja u jispiega l-kotba tas-sentenzi u wara sar ghalliem tat-teolgija. Fl-1453 sar provincjal ta’ l-Umbria, kariga li rega’ ha fl-1471. Max-xoghol li kellu bhala superjur u ghalliem kien ukoll jaghmel affarijiet izjed delikati u l-Patri General ta’ l-Ordni ghazlu biex iwaqqaf mill-gdid id-dixxiplina fil-kunventi ta’ Norcia, Amatrice, u Cerreto ta’ Spoleto. Hu bata hafna minhabba dan ix-xoghol ta’ riformatur. Billi kien is-superjur u l-pirjol ta’ l-istudju ta’ Siena ma accetax zewg karigi minhabba l-akkuzi kontrieh li xi religjuzi baghtu Ruma. Ma nafux x’kien ir-rizultat ta’ dawn, izda jidher pozitiv il-gudizzju li ghamel fuqu l-General Massari minn Cori, li kien ir-rettur ta’ l-istudju ta’ Perugia li kiteb hekk: “Andrea garrab l-ingustizzji izda dejjem wera pacenzja u maximum ostendit exemplum sanctitatis. Il-fatti li graw wara juru li fl-1471 gie maghzul ghal darb’ohra provincjal u kellu l-fiducja u l-istima tas-superjuri gholjin li komplew jinqdew bih biex imexxi ’l quddiem id-dixxiplina ta’ l-Ordni. Ghadda l-ahhar snin ta’ hajtu fil-kunvent ta’ Montereale fejn miet f’April tal-1479 u gie midfun fil-knisja ta’ l-Ordni. Fost il-festi tal-post l-aqwa wahda hija dik li tigi ccelebrata fit-13 ta’ Settembru l-gurnata li fiha fl-1691 huwa gholla idu l-leminija mill-qabar biex ihares lill-pajjiz mit-terremot.
Fil-11 ta’ Mejju 1764 il-kult tieghu gie approvat mill-Papa Klement XIII.

|