Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beatu Angelo minn Furci
1246 - 1327 AD

Twieled go Furci (Abruzzo) fl-1246 minn genituri sinjuri li ma setghux ikollhom tfal. Skond it-tradizzjoni li fuqha ghandna l-istorja ta’ hajtu huma gabuh bl-intercessjoni ta’ San Mikiel Arkanglu meta marru pellegrinagg fis-santwarju tieghu hdejn il-Gargano. Fil-maghmudija tawh l-isem ta’ Anglu li hu zamm anki meta dahal religjuz. Il-genituri tawh edukazzjoni ezemplari u wara gie fdat f’idejn zijuh min-naha t’ommu li kien abbati Benedittin ta’ Cornaclano hdejn Furci, u mieghu mexa ‘l quddiem sew fit-taghlim kif ukoll fil-qdusija. Wara li miet zijuh, Anglu mar lura Furci u wara l-mewt ta’ missieru mar Vasto fejn fl-1266 dahal ma’ l-Agostinjani u maghhom kompla l-istudji u sar qassis. Meta kellu hamsa u ghoxrin sena baghtuh jistudja fis-Sorbonne ta’ Parigi fejn dam hames snin.

Wara li gie lura l-Italja ghallem f’hafna kunventi sakemm baghtuh fl-Istudju ta’ Napli fejn baqa’ sal-mewt. Kien maghruf bhala teologu u oratur, u l-kittieba ta’ l-istorja jghidu li hu kiteb ukoll kumment fuq San Mattew u gabra ta’ priedki li llum ma nafux x’sar minnhom, Fil-1287 gie maghzul superjur tal-provincja ta’ Napli u wara ma riedx isir isqof ta’ Acerra u ta’ Melfi. Miet f’Napli fil-kunvent ta’ Santu Wistin alla Zecca fis-6 ta’ Frar 1327 fejn gie midfun. In-nies, billi digà kien meqjus bhala qaddis f’hajtu, bdew jitolbuh jidhol ghalihom quddiem il-Mulej u hu beda jaqlaghlhom hafna grazzji. Ghalhekk bdew iqisuh mal-qaddisin patruni ta’ Napli u bdew jaghmlulu l-festa fis-6 ta’ Frar u fit-13 ta’ Settembru. F’Awwissu tal-1808 il-fdalijiet tieghu haduhom Furci fejn hu ga kellu d-devozzjoni tan-nies u fl-20 ta’ Dicembru 1888 il-Papa Ljun XIII ghamlu beatu ghax approva l-kult “ab immemorabili”.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible