Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Qaddisin Agostinjani
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Qaddisin Agostinjani

Beata Anna Katerina Emmerick
1774 - 1824 AD

Twieldet go Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Germanja) u hasset il-vokazzjoni religjuza meta kienet ghadha ckejkna izda missierha ma ridhiex. Qabel ma dahlet fil-monasteru kellha digà hafna grazzji t’Alla. Wara li hafna komunitajiet ma riduhiex fl-ahhar fl-1802 dahlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg vicin Dülmen. Il-hajja taghha tal-klawsura kienet iebsa hafna u gaghluha tifhem li hi ma kenitx ta’ l-istess kundizzjoni socjali bhall-ohrajn u li dahhluha ghaliex kienu mgieghla. Fuq kollox sofriet hafna mard. Wara incident li kellha fl-1805 kellha toqghod dejjem f’kamritha mill-1806 sall-1812. Billi ma setghetx tahbi l-karizmi li Alla taha ghax kienet rahhala xi sorijiet jew b’injoranza jew b’zelu ghamlu minnha oggett ta’ suspett u ta’ insinwazzjonijiet hziena. F’Dicembru 1811 il-kunvent gie maghluq mill-Francizi u fl-1812 kienet isservi qassis. Meta kienet sa tispicca dik is-sena il-fenomini estatici li kienu fiha zdiedu u fl-ahhar granet tal-1812 kellha l-istimmati. Kienet hbiethom ghal xahrejn izda wahda mis-sorijiet indunat bihom u l-kelma griet, izda sahhitha marret ghall-aghar. Minn Marzu 1813 ma setghetx tqum mis-sodda. Kellha vizjonijiet tal-hajja u l-passjoni tal-Mulej u anki tal-Vergni Marija. Izda difficli hafna taghraf liema kienu dawk il-vizjonijiet u rivelazzjonijiet veri ghaliex il-poeta u kittieb Klement Brentano (1778-1842) izewwaqhom bil-mod tieghu. Mietet f’Dülmen fid-9 ta’ Novembru 1824 fejn hemm il-fdalijiet taghha. L-Agostinjani mhux talli accettawha bhala membru tal-familja tar-regola ta’ Santu Wistin izda ukoll bhala membru ta’ l-Ordni u ghalhekk mexxew il-kawza tal-beatifikazzjoni taghha. Hi giet iddikjarata beata fit-3 t'Ottubru 2004.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible