|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Anselmu Polanco
1881 - 1939 AD
Twieled f’Buenavista de Valdavia (Palencia-Spanja) minn familja ta’ bdiewa. Meta kellu hmistax-il sena dahal fil-kunvent ta’ Valladolid, fejn fl-1897 ha l-ewwel voti, wara mar fil-kunvent ta’ La Vid (Burgos) fejn kompla l-istudji u ghamel l-ewwel quddiesa fl-1904. Kien ghalliem li f’idejh kellu l-formazzjoni ta’ l-istess djar li fihom hu stess ha l-formazzjoni tieghu. Fl-1922 gie maghzul pirjol ta’ Valladolid u fl-1932 sar provincjal. Hekk huwa ghamel vista ta’ tigdid lir-religjuzi tal-Filippini, tac-Cina, ta’ l-Istati Uniti u tal-Perù. Maghruf ghall-hila tieghu ta’ ghaqda izda bla ma qatt halla barra d-dixxiplina. Fl-1935 sar isqof ta’ Teruel. “Gejt biex naghti l-hajja lin-nghag tieghi” qal waqt li kien diehel fid-djocesi. Wara ftit faqqghet il-gwerra civili u Teruel kien il-post fejn din il-gwerra kienet harxa hafna. Din il-belt li kienet fuq il-fruntiera tal-glied giet assedjata izda huwa baqa’ hemm “ma genb in-nghag tieghu. Anki jekk tibqa’ persuna wahda fil-belt, l-isqof ikun ghad ghandu l-merhla”. L-isqof kien ghal kulhadd “il-patri Polanco”, mhux biss ghax kien religjuz izda huwa kien il-veru missier u raghaj tal-poplu. Fit-8 ta’ Jannar 1938 meta l-belt kienet mahkuma mill-ezerctu repubblikan Patri Polanco ta ruhu bil-libsa ta’ Agostinjan bis-salib fuq sidru u c-curkett ta’ l-isqof. Bhala prigunier sofra meta riedu jgeghluh inehhi l-firma tieghu mill-ittra li kienu kitbu l-isqfijiet ta’ Spanja li fiha huma kkundannaw pubblikament mad-dinja l-persekuzzjoni religjuza tal-knisja. Kien jaf li jekk iwebbes rasu kien hemm il-mewt ghalih izda huwa accetta dan il-periklu biex ikun fidil mal-ghaqda ekklezjastika ta’ hutu l-isqfijiet. Mal-vigarju tieghu Filippu Ripoll huwa sofra l-habs fejn dam tlettax-il xahar u fejn kien jaghmel kuragg lill-prigunieri l-ohra u maghhom b’imhabba u meditazzjoni organizza hajja spiritwali. Fl-ahhar, fis-7 ta’ Frar 1939 mal-vigarju fidil tieghu gie fucillat u mahruq. Il-fdalijiet taghhom qeghdin fil-kattridral ta’ Teruel. Fl-1 t’Ottubru 1995 gew ibbeatifikati mill-Papa Gwanni Pawlu II.

|