|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Antonju minn Amandola
1355 - 1450 AD
Twieled fis-17 ta’ Jannar 1355 minn Simpliciano Migliorati li kien bidwi. Il-qdusija ta’ San Nikola minn Tolentinu li miet fl-1305 wasslitu biex jidhol ma’ l-Agostinjani ta’ pajjizu fejn sar sacerdot. Ghex ghal tnax-il sena fil-kunvent ta’ Tolentinu, u kien ghal xi zmien f’Bari, minn fejn fil-bidu tas-seklu XV mar lura Amandola (Ascoli Piceno). Hawnhekk sar superjur tal-kunvent li huwa kabbar u beda jibni knisja gdida. Izda ma komplihiex ghax miet fil-25 ta’ Jannar 1450. Dik il-qdusija li kien wera f’hajtu zdiedet wara mewtu. Fl-1453 il-kadavru tieghu gie maqlugh mill-qabar komuni tal-patrijiet u tpogga go kaxxa ta’ l-injam fuq altar li gie dedikat ghalih. Il-mirakli, anki ta’ qawmien mill-imwiet, zdiedu. Fl-1641 poggewh go sarkofagu ta’ l-injam, maghmul minn Domenico Malpiedi, li fil-1897 inbidel f’wiehed ta’ l-irham li qieghed fil-kor. Fil-11 ta’ Lulju 1759 il-Papa Klement XIII gholla lil Antonju mal-beati wara li gie studjat il-kult tieghu “ab immemorabili” u fl-20 t’April 1890 il-Papa Ljun XIII ta l-indulgenza plenarja lil dawk li jmorru f’dan is-santwarju.

|