|
Qaddisin Agostinjani
Beatu Antonju della Torre mill-Aquila
c. 1424 - 1494 AD
Antonju kien minn Milan u twieled mill-familja Della Torre ghall-habta tal-1424. Mitfugh fuq l-istudju huwa ha l-lawrja fil-medicina f’Pavia u ghamel xi zmien jahdem ta’ tabib f’Milan sakemm sar midhla ta’ l-Agostinjani tal-kunvent famuz ta’ San Mark fejn talab li jidhol. Kompla l-formazzjoni tieghu u qaddes f’Milan. Wara ftit gie mibghut fil-kunvent ta’ San Nikola f’Foligno fejn ikkonferma d-devozzjoni lejn il-Madonna li minn ghandha rcieva hafna grazzji spiritwali u ghalhekk sar promutur ghad-devozzjoni lejha. Imbaghad insibuh jorganizza pellegrinaggi u minn Foligno narawh imur fis-Santwarju ta’ Loretu u kemm-il darba kien jieqaf Tolentino, post ga maghruf ghal San Nikola u li bil-fors trid tghaddi minnu biex taqsam ghall-bahar Adrijatiku. Fl-1454 insibuh Ruma fejn il-qabar ta’ l-Appostli u minn hemm ghas-Santwarju ta’ San Gakbu ta’ Campostella. B’dan il-giri bdiet tikber izjed il-fama tieghu ta’ qdusija specjalment il-karità li kien jaghmel mal-morda u l-batuti u li kien idur bihom bl-esperjenza li kellu ta’ tabib. Fl-1474 gie mibghut f’Aquila biex jirranga t-tilwim li kien hemm f’dik il-belt. Hawn wera l-gherf tieghu u l-hila li kellu ghall-evangelizzazzjoni u bhala patri spiritwali. Mal-virtujiet tieghu, it-talb u l-penitenzi johorgu l-mirakli li kienu ghamluh meqjum hafna min-nies. Ghal tmintax-il sena mexxa spiritwalment il-kunvent Agostinjan ta’ Santa Lucija. F’Aquila waqqaf l-Ammantellate ta’ Santu Wistin, ghaqda li damet sal-1809. Miet fl-24 ta’ Lulju 1494 u gie midfun fil-knisja ta’ Santu Wistin f’Aquila. Fl-1808 gie mehud f’dik ta’ Collemaggio u fl-1838 f’dik ta’ San Bernard. Il-kult tieghu gie kkonfermat fl-1 ta’ Lulju 1759. Mill-1987 il-Beatu tqieghed fil-Knisja tal-Monasteru Agostinjan San Amico fejn huwa venerat flimkien mal-Beata Kristina mill-Aquila.

|